L-Ewwel Kronaki
7 Issa Issakar kellu erbaʼ subien: Tola, Puwa, Ġasub, u Simron. 2 U t-tfal taʼ Tola kienu Użżi, Refaja, Ġerijel, Ġaħmaj, Ibsam, u Semwel. Dawn kienu l-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier. Minn Tola ħarġu gwerriera b’saħħithom, li fi żmien David kienu 22,600. 3 U dawk li jiġu minn* Użżi kienu Iżraħija u t-tfal tiegħu: Mikiel, Għobadija, Ġoel, u Issija.* Il-ħamsa li huma kienu kapijiet. 4 Huma u dawk li jiġu minnhom kellhom ħafna nisa u tfal, b’hekk mill-familja taʼ missirijiethom kellhom 36,000 suldat fl-armata tagħhom lesti għall-gwerra. 5 U ħuthom mill-familji kollha taʼ Issakar kienu gwerriera b’saħħithom. B’kollox kienu 87,000, skont ir-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika tagħhom.
6 Benjamin kellu tliet subien: Bela, Beker, u Ġedjagħel. 7 U Bela kellu ħames subien: Esbon, Użżi, Użżijel, Ġerimot, u Iri. Dawn kienu kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier u gwerriera b’saħħithom. Kien hemm 22,034 irreġistrati fil-linja ġenealoġika tagħhom. 8 U t-tfal ta’ Beker kienu Żemira, Ġogħas, Eligħeżer, Eljogħenaj, Għomri, Ġeremot, Abija, Għanatot, u Għalemet. Dawn kollha kienu t-tfal ta’ Beker. 9 Skont ir-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika tal-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier, dawk li jiġu minnhom kienu 20,200 gwerrier b’saħħtu. 10 U t-tfal ta’* Ġedjagħel kienu Bilħan u t-tfal tiegħu: Ġegħus, Benjamin, Eħud, Kengħana, Żetan, Tarsis, u Aħisaħar. 11 Dawn kollha kienu t-tfal ta’ Ġedjagħel, skont il-kapijiet taʼ missirijiethom, 17,200 gwerrier b’saħħtu lesti li jmorru għall-gwerra mal-armata.
12 Is-Suffim u l-Ħuffim kienu t-tfal ta’ Ir. Il-Ħusin kienu t-tfal ta’ Aħer.
13 It-tfal ta’ Naftali kienu Ġaħsijel, Guni, Ġeżer, u Sallum. Dawn kienu dawk li jiġu minn* Bilħa.
14 It-tfal ta’ Manasse: Asrijel mill-konkubina Sirjana tiegħu. (Hi welldet lil Makir, missier Gilegħad. 15 Makir ħa mara għal Ħuffim u għal Suffim, u oħtu kien jisimha Magħka.) It-tieni kien jismu Selofeħad, imma Selofeħad kellu bniet biss. 16 Magħka, mart Makir, kellha tifel u semmietu Peres; ħuh kien jismu Seres; u t-tfal tiegħu kienu Ulam u Rekem. 17 U t-tifel* taʼ Ulam kien Bedan. Dawn kienu t-tfal ta’ Gilegħad bin Makir u n-neputi taʼ Manasse. 18 U oħtu kienet Ħammoleket. Hi welldet lil Isħod, Abi-għeżer, u Maħla. 19 U t-tfal ta’ Semida kienu Aħijan, Sikem, Likħi, u Anigħam.
20 Efrajm kellu lil Sutelaħ, Sutelaħ kellu lil Bered, Bered kellu lil Taħat, Taħat kellu lil Elegħada, Elegħada kellu lil Taħat, 21 Taħat kellu lil Żabad, u Żabad kellu lil Sutelaħ. Efrajm kellu wkoll lil Għeżer u lil Elegħad. L-irġiel taʼ Gat niżlu jisirqulhom l-imrieħel u qatluhom. 22 Missierhom Efrajm għamel il-vistu għal ħafna jiem, u ħutu baqgħu jmorru jfarrġuh. 23 Wara kellu x’jaqsam maʼ martu u hi ħarġet tqila u kellha tifel. Hu semmieh Berija,* għaliex wellditu fi żmien meta kien hemm il-gwaj f’daru. 24 U t-tifla tiegħu kienet Segħera, li bniet Bet-ħoron t’Isfel u taʼ Fuq u Użżen-segħera. 25 Hu kellu lil Refaħ u lil Resef. Resef kellu lil Telaħ, Telaħ kellu lil Taħan, 26 Taħan kellu lil Lagħdan, Lagħdan kellu lil Għammiħud, Għammiħud kellu lil Elisama, 27 Elisama kellu lil Nun, u Nun kellu lil Ġożwè.*
28 Il-wirt u l-postijiet fejn għexu dawk li jiġu minn Efrajm kienu Betel u l-bliet li jiddependu minnha,* Nagħran lejn il-Lvant, Geżer u l-bliet li jiddependu minnha lejn il-Punent, u Sikem u l-bliet li jiddependu minnha sa Aja* u l-bliet li jiddependu minnha. 29 Dawk li jiġu minn Manasse kellhom Bet-segħan, Tagħnak, Megiddo, u Dor u l-bliet li jiddependu minnhom. F’dawn għexu dawk li jiġu minn Ġużeppi bin Iżrael.
30 It-tfal t’Aser kienu Imnaħ, Iswa, Iswi, Berija, u oħthom Seraħ. 31 It-tfal ta’ Berija kienu Ħeber u Malkijel, li kien missier Birżajt. 32 Ħeber kellu lil Ġaflet, Somer, Ħotam, u oħthom Sugħa. 33 It-tfal ta’ Ġaflet kienu Pasak, Bimħal, u Għaswat. Dawn kienu t-tfal ta’ Ġaflet. 34 It-tfal ta’ Semer* kienu Aħi, Roħga, Ġeħubba, u Aram. 35 It-tfal ta’ ħuh Ħelem* kienu Sofaħ, Imna, Seles, u Għamal. 36 It-tfal ta’ Sofaħ kienu Suwa, Ħarnefer, Sugħal, Beri, Imrah, 37 Beser, Ħod, Samma, Silsa, Itran, u Begħera. 38 It-tfal ta’ Ġeter kienu Ġefunne, Pispa, u Ara. 39 It-tfal ta’ Ulla kienu Araħ, Ħannijel, u Risja. 40 Dawn kollha kienu t-tfal t’Aser, kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier, gwerriera b’saħħithom u magħżulin, u kapijiet tal-kapijiet. Fir-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika tagħhom kien hemm 26,000 raġel fl-armata lesti għall-gwerra.