1 Kronaki
8 U Benjamin+ nissel lil Bela,+ l-ewwel imwieled tiegħu, Asbel+ it-tieni, u Aħaraħ+ it-tielet, 2 Noħa+ r-rabaʼ, u Rafa l-ħames. 3 U Bela kellu l-ulied, Addar, Gera,+ Abiħud, 4 Abisugħa, Nagħman, Aħogħa, 5 Gera, Sefufan,+ u Ħuram.+ 6 U dawn kienu wlied Eħud. Dawn kienu l-kapijiet tad-djar tal-missirijiet tal-qedem taʼ l-abitanti taʼ Geba,+ u huma ħaduhom fl-eżilju f’Manaħat. 7 U Nagħman u Aħija; u Gera—kien dan li ħadhom fl-eżilju, u hu nissel lil Użża u Aħiħud. 8 U wara li bagħat lill-Mowabin, Saħarajm nissel it-tfal fit-territorju+ tagħhom. Ħusim u Bagħra kienu n-nisa tiegħu. 9 U permezz taʼ martu Ħodes nissel lil Ġobab, Sibja, Mesa, Malkam, 10 Ġegħuz, Sakja, u Mirma. Dawn kienu wliedu, kapijiet tad-djar tal-missirijiet tal-qedem.
11 U permezz taʼ Ħusim nissel lil Abitub u Elfgħal. 12 U wlied Elfgħal kienu Għeber, Misgħam, Semed, li bena Ono+ u Lod+ u l-bliet li jiddependu minnha, 13 Berija, u Sema. Dawn kienu l-kapijiet tad-djar tal-missirijiet tal-qedem, taʼ l-abitanti t’Ajjalon.+ Kienu dawn li keċċew lill-abitanti taʼ Gat. 14 U kien hemm Aħjo, Sasak, Ġeremot, 15 Żebadija, Għarad, Għeder, 16 Mikiel, Isfa, u Ġoħa, ulied Berija;+ 17 u Żebadija, Mesullam, Ħiżki, Ħeber, 18 Ismeraj, Iżlija, u Ġobab, ulied Elfgħal; 19 u Ġakim, Żikri, Żabdi, 20 Eligħenaj, Silletaj, Eligħel, 21 Għadaja, Beraja, u Simrat, ulied Simgħi;+ 22 u Isfan, Għeber, Eligħel, 23 Għabdon, Żikri, Ħanan, 24 Ħananija, Għelam, Għantotija, 25 Ifdeja, u Penwel, ulied Sasak; 26 u Samseraj, Seħarija, Għatalija, 27 Ġagħresija, Elija, u Żikri, ulied Ġeroħam. 28 Dawn kienu l-kapijiet tad-djar tal-missirijiet tal-qedem skond id-dixxendenti tagħhom. Kienu dawn li għammru f’Ġerusalemm.+
29 U f’Gibegħon+ kien jgħammar Ġegħijel, missier Gibegħon, u martu kien jisimha Magħka.+ 30 U ibnu, l-ewwel imwieled, kien Għabdon, u l-oħrajn kienu Żur, Kis, Bagħal, Nadab,+ 31 Gedor, Aħjo, u Żeker.+ 32 U Miklot nissel lil Simegħah.+ U kienu dawn li tassew għammru f’Ġerusalemm flimkien maʼ ħuthom, faċċata taʼ ħuthom l-oħrajn.
33 U Ner+ nissel lil Kis;+ Kis, imbagħad, nissel lil Sawl;+ Sawl, imbagħad, nissel lil Ġonatan,+ Malki-sugħa,+ Abinadab,+ u Esbagħal.+ 34 U bin Ġonatan kien Merib-bagħal.+ U Merib-bagħal nissel lil Mikea.+ 35 U wlied Mikea kienu Piton, Melek, Tarea,+ u Aħaż. 36 U Aħaż nissel lil Ġeħogħadda; Ġeħogħadda, imbagħad, nissel lil Għalemet, Għażmawet, u Żimri. Żimri, imbagħad, nissel lil Mosa; 37 Mosa, imbagħad, nissel lil Binegħa; Rafah,+ ibnu; Elegħasa, ibnu; u Asel, ibnu. 38 U Asel kellu sitt ulied, u dawn kienu ismijiethom: Għażrikam, Bokeru, Ismagħel, Segħarija, Għobadija, u Ħanan. Dawn kollha kienu wlied Asel. 39 U wlied Għesek, ħuh, kienu Ulam, l-ewwel imwieled tiegħu, Ġegħus it-tieni, u Elifelet it-tielet. 40 U wlied Ulam kienu rġiel qalbenin+ u setgħanin, jilwu l-qaws,+ u kellhom ħafna wlied+ u neputijiet, mija u ħamsin. Dawn kollha kienu minn ulied Benjamin.