1 Kronaki
9 U l-Israelin kollha kienu reġistrati fil-linja ġenealoġika;+ u hemmhekk huma miktubin fil-Ktieb tas-Slaten taʼ Israel. U n-nies taʼ Ġuda ttieħdu fl-eżilju+ f’Babilonja minħabba l-infedeltà tagħhom. 2 U l-ewwel abitanti li kienu fil-wirt tagħhom fil-bliet tagħhom kienu l-Israelin,+ il-qassisin,+ il-Leviti,+ u n-Netinin.*+ 3 U f’Ġerusalemm+ għammru xi wħud minn ulied Ġuda+ u xi wħud minn ulied Benjamin+ u xi wħud minn ulied Efrajm u Manasse: 4 Utaj, bin Għammiħud, bin Għomri, bin Imri, bin Bani, minn ulied Pereż,+ bin Ġuda.+ 5 U mis-Silonin,*+ Għasaja, l-ewwel imwieled u wliedu. 6 U minn ulied Żeraħ,+ Ġegħuwel, u sitt mija u disgħin minn ħuthom.
7 U minn ulied Benjamin, Sallu, bin Mesullam, bin Ħodawija, bin Ħassenugħa, 8 u Ibneja, bin Ġeroħam, u Elah, bin Użżi, bin Mikri, u Mesullam, bin Sefatija, bin Regħwel, bin Ibnija. 9 U ħuthom, skond id-dixxendenti tagħhom, kienu disaʼ mija u sitta u ħamsin. Dawn kollha kienu rġiel li kienu kapijiet tal-missirijiet skond id-dar taʼ missirijiethom tal-qedem.
10 U mill-qassisin kien hemm Ġedaja, Ġeħojarib, Ġakin,+ 11 u Għażarija,+ bin Ħilkija, bin Mesullam, bin Sadok, bin Merajot, bin Aħitub, mexxej tad-dar taʼ l-Alla l-veru, 12 u Għadaja, bin Ġeroħam, bin Pasħur, bin Malkija, u Magħsaj, bin Għadijel, bin Ġaħżera, bin Mesullam, bin Mesillemit,+ bin Immer, 13 u ħuthom, kapijiet tad-dar taʼ missirijiethom tal-qedem, elf, sebaʼ mija u sittin, irġiel setgħanin u t’abbiltà+ għax-xogħol fis-servizz tad-dar taʼ l-Alla l-veru.
14 U mil-Leviti kien hemm Semajja, bin Ħassub, bin Għażrikam, bin Ħasabija,+ minn ulied Merari; 15 u Bakbakkar, Ħeres, Galal, u Mattanija,+ bin Mika,+ bin Żikri,+ bin Asaf,+ 16 u Għobadija, bin Semajja,+ bin Galal, bin Ġedutun,+ u Berekija, bin Asa, bin Elkana, li kien qed jgħammar fl-irħula tan-Netofatin.+
17 U l-għassiesa tal-bibien+ kienu Sallum,+ Għakkub, Talmon, Aħiman, u ħuhom Sallum, il-kap, 18 u sa dak iż-żmien hu kien f’bieb+ is-sultan lejn il-lvant. Dawn kienu l-għassiesa tal-bibien tal-kampijiet taʼ wlied Levi.+ 19 U Sallum, bin Kore, bin Ebjasaf,+ bin+ Koraħ,+ u ħutu mid-dar taʼ missieru, il-Koraħin,+ jieħdu ħsieb ix-xogħol tas-servizz, l-għassiesa tal-bibien+ tat-tinda, u missirijiethom jieħdu ħsieb il-kamp taʼ Ġeħova, l-għassiesa tad-daħla. 20 U Fineħas,+ bin Elegħażar,+ kien mexxej fuqhom fl-imgħoddi. Ġeħova kien miegħu.+ 21 Żakkarija,+ bin Meselemija, kien l-għassies tal-bieb tad-daħla tat-tinda tal-laqgħa.
22 Ilkoll kemm huma, li ntgħażlu bħala għassiesa tal-bibien fl-għetiebi, kienu mitejn u tnax. Dawn kienu fl-irħula tagħhom+ skond ir-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika tagħhom.+ David+ u Samwel, il-veġġent,*+ lil dawn ħatruhom f’karigi taʼ fiduċja.+ 23 U huma u wliedhom kienu jieħdu ħsieb il-bibien tad-dar taʼ Ġeħova, saħansitra d-dar tat-tinda, għas-servizz taʼ l-għassa.+ 24 L-għassiesa tal-bibien kienu lejn l-erbaʼ direzzjonijiet, lejn il-lvant,+ lejn il-punent,+ lejn it-tramuntana,+ u lejn in-nofsinhar.+ 25 U ħuthom fl-irħula tagħhom kellhom jidħlu għal sebat+ ijiem, minn żmien għal żmien, flimkien maʼ dawn. 26 Għax fil-kariga taʼ fiduċja kien hemm erbat irġiel setgħanin mill-għassiesa tal-bibien. Kienu Leviti, u kienu inkarigati mill-kmamar taʼ l-ikel+ u mit-teżori+ tad-dar taʼ l-Alla l-veru. 27 U kienu jqattgħu l-lejl madwar id-dar taʼ l-Alla l-veru; għax f’idejhom kien is-servizz taʼ l-għassa,+ u kienu inkarigati mill-muftieħ, saħansitra biex jiftħu l-bibien għodwa wara għodwa.+
28 U xi wħud minnhom kienu inkarigati mill-għodod+ tas-servizz, u kienu jgħodduhom meta jdaħħluhom u jgħodduhom meta joħorġuhom. 29 U xi wħud minnhom kienu maħturin fuq l-għodod u fuq l-għodod imqaddsin+ kollha u fuq id-dqiq fin,+ l-inbid,+ iż-żejt,+ l-inċens abjad,+ u ż-żejt tal-balzmu.+ 30 U xi wħud minn ulied il-qassisin kienu jagħmlu t-taħlita taʼ l-ingwent+ miż-żejt tal-balzmu. 31 U Mattitija mil-Leviti, li kien l-ewwel imwieled taʼ Sallum+ il-Koraħi, kien fil-kariga taʼ fiduċja fuq l-affarijiet moħmijin fil-kzazel.+ 32 U xi wħud minn ulied il-Keħatin, ħuthom, kienu inkarigati mill-ħobż preżentat f’saffi,+ biex iħejjuh Sabat* wara Sabat.+
33 U dawn kienu l-għannejja,+ il-kapijiet tal-missirijiet tal-Leviti fil-kmamar taʼ l-ikel,+ dawk li kienu meħlusin minn dmirijiet oħrajn;+ għax bi nhar u bil-lejl kellhom ir-responsabbiltà li jkunu fuq ix-xogħol.+ 34 Dawn kienu l-kapijiet tal-missirijiet tal-Leviti skond id-dixxendenti tagħhom. Dawn kienu dawk li għammru f’Ġerusalemm.+
35 U f’Gibegħon+ kien jgħammar Ġegħijel, missier Gibegħon. U martu kien jisimha Magħka. 36 U ibnu, l-ewwel imwieled, kien Għabdon, u l-oħrajn kienu Żur, Kis, Bagħal, Ner, Nadab, 37 Gedor, Aħjo, Żakkarija,+ u Miklot. 38 U Miklot nissel lil Simegħam. U dawn kienu tassew dawk li għammru f’Ġerusalemm flimkien maʼ ħuthom, faċċata taʼ ħuthom l-oħrajn. 39 U Ner+ nissel lil Kis;+ Kis, imbagħad, nissel lil Sawl;+ Sawl, imbagħad, nissel lil Ġonatan,+ Malki-sugħa,+ Abinadab,+ u Esbagħal.+ 40 U bin Ġonatan kien Merib-bagħal.+ U Merib-bagħal nissel lil Mikea.+ 41 U wlied Mikea kienu Piton, Melek, Taregħa, u Aħaż.+ 42 U Aħaż nissel lil Ġagħra; Ġagħra, imbagħad, nissel lil Għalemet, Għażmawet, u Żimri. Żimri, imbagħad, nissel lil Mosa. 43 U Mosa nissel lil Binegħa; u Refaja,+ ibnu; Elegħasa, ibnu; u Asel, ibnu. 44 U Asel kellu sitt ulied, u dawn kienu ismijiethom: Għażrikam, Bokeru, Ismagħel, Segħarija, Għobadija, u Ħanan. Dawn kienu wlied Asel.+