1 Kronaki
10 U l-Filistin,+ min-naħa tagħhom, iggwerraw kontra Israel; u l-irġiel taʼ Israel ħarbu minn quddiem il-Filistin u waqgħu mejtin fuq il-Muntanja Gilbogħa.+ 2 U l-Filistin żammew qrib Sawl u wliedu; u l-Filistin qatlu lil Ġonatan+ u lil Abinadab+ u lil Malki-sugħa,+ ulied Sawl.+ 3 U l-ġlied ħrax kontra Sawl; u dawk li jisparaw il-qaws fl-aħħar sabuh, u hu safa ferut mill-arċieri.+ 4 Imbagħad Sawl qal lil dak li kien iġorrlu l-armi:+ “Islet sejfek+ u infidni bih, biex ma jiġux dawn l-irġiel mhux ċirkonċiżi+ u jittrattawni bil-kefrija.”+ U dak li kien iġorrlu l-armi ma riedx,+ għaliex beżaʼ ħafna. Għalhekk, Sawl qabad is-sejf u nxteħet fuqu.+ 5 Meta dak li jġorrlu l-armi ra li Sawl kien miet, imbagħad hu wkoll inxteħet fuq is-sejf u miet.+ 6 B’hekk, Sawl u t-tliet uliedu mietu,+ u dawk kollha taʼ daru mietu flimkien. 7 Meta l-irġiel kollha taʼ Israel li kienu fil-pjanura l-baxxa raw li l-gwerriera taʼ Israel kienu ħarbu u li Sawl u wliedu kienu mietu, imbagħad huma bdew jitilqu mill-bliet tagħhom u jaħarbu;+ u l-Filistin daħlu u bdew jgħammru fihom.
8 U ġara li l-għada, meta l-Filistin ġew ineżżgħu+ l-maqtulin, sabu lil Sawl u lil uliedu mixħutin fuq il-Muntanja Gilbogħa.+ 9 U neżżgħuh u qatgħulu rasu+ u ħadu l-armatura tiegħu u bagħtu messaġġ fl-art tal-Filistin dawramejt biex jgħarrfu+ lill-idoli tagħhom+ u lin-nies. 10 Fl-aħħar poġġew l-armatura tiegħu fid-dar taʼ l-alla tagħhom,+ u rasu dendluha mad-dar taʼ Dagon.+
11 U dawk kollha taʼ Ġabes+ f’Gilegħad semgħu b’kulma l-Filistin kienu għamlu lil Sawl.+ 12 Għalhekk, l-irġiel qalbenin kollha qamu u ġarrew il-katavru taʼ Sawl u l-katavri taʼ wliedu u ħaduhom Ġabes u difnu l-għadam tagħhom taħt is-siġra l-kbira+ f’Ġabes;+ u samu+ għal sebat ijiem.
13 B’hekk, Sawl miet minħabba l-infedeltà tiegħu għaliex aġixxa bla fidi+ kontra Ġeħova peress li ma żammx il-kelma taʼ Ġeħova u wkoll minħabba li staqsa lil medjum taʼ l-ispirti+ sabiex jistħarreġ il-mejtin. 14 U ma staqsiex lil Ġeħova.+ Għaldaqstant, hu tah il-mewt u għadda l-kariga taʼ sultan lil David, bin Ġesse.+