1 Kronaki
11 Maż-żmien, l-Israelin+ kollha nġabru flimkien għand David f’Ħebron+ u qalulu: “Ara! Aħna għadmek u laħmek.+ 2 Kemm il-bieraħ u kemm qabel, saħansitra waqt li Sawl kien sultan, int kont dak li toħroġ u ddaħħal+ lil Israel; u Ġeħova Alla tiegħek qallek, ‘Int stess tirgħa+ lill-poplu tiegħi Israel, u int stess issir mexxej+ fuq il-poplu tiegħi Israel.’” 3 Għalhekk, ix-xjuħ kollha taʼ Israel ġew għand is-sultan f’Ħebron u David għamel patt magħhom f’Ħebron quddiem Ġeħova; imbagħad huma dilku+ lil David bħala sultan fuq Israel, skond il-kelma+ taʼ Ġeħova permezz taʼ Samwel.+
4 Iktar tard David u Israel kollu marru Ġerusalemm,+ jiġifieri, Ġebus,+ fejn l-abitanti tal-pajjiż kienu l-Ġebusin.+ 5 U l-abitanti taʼ Ġebus bdew jgħidu lil David: “Int ma tidħolx hawnhekk.”+ Iżda David xorta waħda ħa taħt idejh il-fortizza taʼ Sijon,+ jiġifieri, il-Belt taʼ David.+ 6 Għalhekk, David qal: “L-ewwel wieħed li jaħbat+ għall-Ġebusin ikun kap u prinċep.” U Ġowab,+ bin Seruja, kien l-ewwel wieħed li telaʼ, u hu sar kap. 7 U David beda jgħammar fil-post diffiċli biex jintlaħaq.+ Huwa għalhekk li semmewh il-Belt taʼ David.+ 8 U beda jibni l-belt dawramejt, mill-Għolja* saħansitra sal-partijiet taʼ madwarha, imma Ġowab ta l-ħajja+ lill-bqija tal-belt. 9 U David baqaʼ jikber u jikber,+ għax Ġeħova taʼ l-armati kien miegħu.+
10 Issa dawn kienu l-kapijiet taʼ l-irġiel setgħanin+ taʼ David, li appoġġawh bis-sħiħ fil-kariga tiegħu taʼ sultan flimkien maʼ Israel kollu, biex jagħmluh sultan skond il-kelma taʼ Ġeħova+ dwar Israel. 11 U din hi l-lista taʼ l-irġiel setgħanin taʼ David: Ġasobegħam,+ bin wieħed Ħakmoni, il-kap tat-tlieta. Hu xejjer il-lanza tiegħu fuq tliet mija u qatilhom f’darba waħda.+ 12 U warajh kien hemm Elegħażar,+ bin Dodo l-Aħoħi.+ Hu kien fost it-tlett irġiel setgħanin.+ 13 Hu kien maʼ David f’Pas-dammim,+ fejn il-Filistin kienu nġabru flimkien għall-gwerra. Issa kien hemm medda rabaʼ mimlija xgħir, u n-nies, min-naħa tagħhom, kienu ħarbu minħabba l-Filistin.+ 14 Imma hu ħa postu f’nofs il-medda rabaʼ u ħelisha, u baqaʼ joqtol lill-Filistin, u b’hekk Ġeħova salva+ lill-poplu tiegħu b’salvazzjoni kbira.+
15 U tlieta mit-tletin+ kap niżlu lejn il-blata, għand David fl-għar t’Għadullam,+ waqt li kamp tal-Filistin kien ikkampjat fil-pjanura l-baxxa taʼ Refajm.+ 16 U David, dik il-ħabta, kien fil-post diffiċli biex jintlaħaq;+ u dik il-ħabta f’Betlehem kien hemm għassa tas-suldati tal-Filistin.+ 17 Ftit wara, David wera x-xewqa li kellu u qal: “Mhux li kont nistaʼ nixrob+ l-ilma mill-ġiebja li hemm f’Betlehem+ ħdejn il-bieb!” 18 Għal dan, it-tlieta daħlu fil-kamp tal-Filistin u tellgħu l-ilma mill-ġiebja li hemm f’Betlehem ħdejn il-bieb u ġarrewh u ħaduh lil David.+ U David ma riedx jixorbu, imma sawbu quddiem Ġeħova.+ 19 U hu ssokta jgħid: “Lanqas biss jgħaddili minn moħħi, rigward Alla tiegħi, li nagħmel dan! Għandi jien nixrob id-demm+ taʼ dawn l-irġiel li ssograw ħajjithom? Għax huma ssograw ħajjithom biex iġibuh.” U ma riedx jixorbu.+ Dawn huma l-affarijiet li għamlu t-tlett irġiel setgħanin.
20 Issa Abisaj,+ ħu Ġowab,+ hu stess sar kap tat-tlieta; u xejjer il-lanza tiegħu fuq tliet mija u qatilhom, u kellu reputazzjoni bħal dawn it-tlieta. 21 Mit-tlieta hu ddistingwa ruħu iktar mit-tnejn l-oħrajn, u kien kap tagħhom; u madankollu ma laħaqx+ lill-ewwel tlieta.
22 U Benaja,+ bin Ġeħojada,+ bin raġel qalbieni, li għamel ħafna għemejjel kbar f’Kabsil,+ hu stess qatel iż-żewġ ulied t’Arjel taʼ Mowab; u hu stess niżel u qatel iljun+ ġo bir f’jum li fih niżlet il-borra. 23 U kien hu li qatel lir-raġel Eġizzjan, raġel taʼ kobor straordinarju, twil ħames kubiti.+ U f’id l-Eġizzjan kien hemm lanza+ bħall-motwa* taʼ min jinseġ bin-newl; madankollu hu niżel għalih b’ħatar u ħataf il-lanza minn id l-Eġizzjan u qatlu bil-lanza tiegħu stess.+ 24 Dawn l-affarijiet għamel Benaja, bin Ġeħojada, u kellu isem fost it-tlett irġiel setgħanin. 25 Għalkemm iddistingwa ruħu iktar mit-tletin, ma laħaqx il-grad taʼ l-ewwel tlieta.+ Madankollu, David qiegħdu fuq il-gwardja persunali tiegħu.+
26 U fost l-irġiel setgħanin tal-qawwiet militari kien hemm Għasael,+ ħu Ġowab, Elħanan,+ bin Dodo, minn Betlehem, 27 Sammot+ il-Ħarori, Ħeleż il-Peloni,+ 28 Ira,+ bin Ikkes it-Tekogħi, Abi-għeżer l-Għanatoti,+ 29 Sibbekaj+ il-Ħusati, Ilaj l-Aħoħi,+ 30 Maħaraj+ in-Netofati,+ Ħeled,+ bin Bagħnah in-Netofati, 31 Itaj, bin Ribaj,+ minn Gibegħa+ taʼ wlied Benjamin,+ Benaja l-Piratoni,+ 32 Ħuraj mill-widien* taʼ Gagħas,+ Abijel l-Għarbati, 33 Għażmawet il-Baħarumi,+ Eljaħba s-Sagħlboni, 34 ulied Ħasem il-Giżoni, Ġonatan,+ bin Sagi l-Ħarari, 35 Aħijam, bin Sakar+ il-Ħarari, Elifal,+ bin Ur, 36 Ħefer il-Mekerati, Aħija l-Peloni, 37 Ħesro l-Karmeli,+ Nagħraj, bin Eżbaj, 38 Ġoel, ħu Natan,+ Mibħar, bin Ħagri, 39 Selek l-Għammoni, Naħaraj il-Biroti, dak li kien iġorr l-armi taʼ Ġowab, bin Seruja, 40 Ira l-Itri, Gareb+ l-Itri, 41 Urija+ l-Ħitti,+ Żabad, bin Aħlaj, 42 Għadina, bin Siża r-Rubeni, kap tar-Rubenin, li miegħu kien hemm tletin; 43 Ħanan, bin Magħka, u Ġosafat il-Mitni, 44 Użżja l-Għastaroti, Sama u Ġegħijel, ulied Ħotam l-Għarogħeri, 45 Ġedjagħel, bin Simri, u ħuh Ġoħa t-Tisi, 46 Eligħel il-Maħawi, u Ġeribaj u Ġosawija wlied Elngħam, u Itma l-Mowabi. 47 Eligħel, Għobed, u Ġagħsijel il-Mesobi.