1 Kronaki
12 U dawn kienu li ġew għand David f’Siklag+ waqt li kien għadu ma jistax jiċċaqlaq bil-libertà minħabba Sawl,+ bin Kis; u dawn kienu fost l-irġiel setgħanin+ li għenuh fil-gwerra, 2 armati bil-qaws, u jużaw idhom il-leminija u idhom ix-xellugija+ biex iwaddbu l-ġebel+ jew il-vleġeġ+ bil-qaws.+ Dawn kienu minn ħut Sawl, minn Benjamin. 3 Kien hemm il-kap Aħigħeżer u Ġowas ulied Semgħa l-Gibegħati,+ u Ġeżigħel u Pelet ulied Għażmawet,+ u Beraka u Ġeħu l-Għanatoti,+ 4 u Ismaja l-Gibegħoni,+ raġel setgħan fost it-tletin kap+ u fuq it-tletin kap; u Ġeremija, Ġaħażijel, Ġoħanan, Ġożabad il-Gederati,+ 5 Elgħużaj, Ġerimot, Begħalija, Semarija, Sefatija l-Ħarifi, 6 Elkana, Issija, Għażarel, Ġogħeżer, Ġasobegħam, il-Koraħin,+ 7 u Ġogħela u Żebadija wlied Ġeroħam minn Gedor.
8 U kien hemm ftit mill-Gadin li nfirdu mill-oħrajn biex imorru man-naħa taʼ David fil-post diffiċli biex jintlaħaq fix-xagħri,+ irġiel qalbenin u setgħanin, irġiel taʼ l-armata għall-gwerra, iżommu t-tarka l-kbira u l-lanza għal-lest,+ wiċċhom kien wiċċ l-iljuni,+ u kienu ħfief bħall-għażżiela* fuq il-muntanji.+ 9 Għeżer kien il-kap, Għobadija t-tieni, Eljab it-tielet, 10 Mismanna r-rabaʼ, Ġeremija l-ħames, 11 Għattaj is-sitta, Eligħel is-sebaʼ, 12 Ġoħanan it-tmienja, Elżabad id-disaʼ, 13 Ġeremija l-għaxra, Makbannaj il-ħdax. 14 Dawn kienu minn ulied Gad,+ kapijiet taʼ l-armata. L-inqas wieħed kien jiswa daqs mija, u l-akbar daqs elf.+ 15 Dawn huma dawk li qasmu l-Ġordan+ fl-ewwel xahar meta kienet qed tfur fix-xtut kollha tagħha,+ u mbagħad keċċew lil dawk kollha li kienu fil-pjanuri l-baxxi, lejn il-lvant u lejn il-punent.
16 U xi wħud minn ulied Benjamin u Ġuda ġew dritt lejn il-post diffiċli biex jintlaħaq,+ għand David. 17 Imbagħad David ħareġ quddiemhom u kellimhom u qalilhom: “Jekk ġejtu għandi bis-sliem+ biex tgħinuni, inkun qalb waħda magħkom.+ Imma jekk ġejtu biex tittraduni u tagħtuni f’idejn l-avversarji tiegħi meta m’hemm ebda ħażen f’idejja,+ ħa jarah dan l-Alla+ taʼ missirijietna u jagħmel ħaqq hu.”+ 18 U l-ispirtu+ ġie fuq Għamasaj, il-kap tat-tletin:
“Tiegħek aħna, O David, u miegħek aħna,+ O bin Ġesse.
Sliem, sliem għalik, u sliem għal min jgħinek,
Għax Alla tiegħek għenek.”+
Għalhekk, David laqagħhom u qegħedhom fost il-kapijiet tat-truppi.+
19 U kien hemm xi wħud minn Manasse li marru maʼ David meta mar mal-Filistin+ għall-battalja kontra Sawl; imma hu m’għenhomx, għax bi ftehim is-sidien alleati+ tal-Filistin bagħtuh, għax qalu: “Inkunu qed nissograw irjusna jekk imur maʼ sidu Sawl.”+ 20 Meta wasal Siklag,+ minn Manasse marru miegħu Għadnah, Ġożabad, Ġedjagħel, Mikiel, Ġożabad, Eliħu, u Silletaj, kapijiet+ taʼ l-eluf taʼ Manasse. 21 U dawn, min-naħa tagħhom, kienu t’għajnuna għal David kontra l-qatgħa ħallelin,+ għaliex ilkoll kemm huma kienu rġiel setgħanin+ taʼ ħila, u kienu kapijiet fl-armata; 22 għax minn jum għal jum in-nies baqgħu ġejjin+ għand David biex jgħinuh, sakemm sar kamp kbir,+ bħall-kamp t’Alla.+
23 U dan kien l-għadd tal-kapijiet taʼ dawk li kienu armati għall-gwerra u li ġew għand David f’Ħebron+ biex jagħtuh il-kariga taʼ sultan+ li kellu Sawl skond l-ordni taʼ Ġeħova.+ 24 Ulied Ġuda li kienu jġorru t-tarka l-kbira u l-lanza kienu sitt elef u tmien mija, armati għall-gwerra. 25 Minn ulied Simegħon l-irġiel setgħanin taʼ ħila fl-armata kienu sebat elef u mija.
26 Minn ulied il-Leviti erbat elef u sitt mija. 27 U Ġeħojada kien il-mexxej+ taʼ wlied Aron,+ u miegħu kien hemm tlett elef u sebaʼ mija. 28 U Sadok,+ żagħżugħ, setgħan u taʼ ħila, u d-dar taʼ missirijietu, tnejn u għoxrin kap.
29 U minn ulied Benjamin,+ ħut Sawl,+ kien hemm tlett elef, u sa dak iż-żmien il-biċċa l-kbira minnhom kienu qed jagħmlu għassa stretta mad-dar taʼ Sawl. 30 U minn ulied Efrajm kien hemm għoxrin elf u tmien mija, irġiel setgħanin+ taʼ ħila, irġiel taʼ fama, skond dar missirijiethom.
31 U minn nofs it-tribù taʼ Manasse+ kien hemm tmintax-il elf li kienu ġew magħżulin b’isimhom biex jiġu jagħmlu lil David sultan. 32 U minn ulied Issakar,+ nies li kellhom l-għarfien biex jagħrfu ż-żminijiet+ ħalli jkunu jafu xi jmissu jagħmel+ Israel, kien hemm mitejn kap minn tagħhom, u ħuthom kollha kienu taħt l-ordni tagħhom. 33 Minn Żebulun,+ dawk li ngħaqdu maʼ l-armata, imqassmin għall-battalja bl-armi kollha tal-gwerra, kien hemm ħamsin elf, u dawn inġemgħu flimkien maʼ David b’qalb sħiħa. 34 U minn Naftali+ kien hemm elf kap, u magħhom, bit-tarka l-kbira u bil-lanza, kien hemm sebgħa u tletin elf. 35 U mid-Danin, dawk imqassmin għall-battalja kienu tmienja u għoxrin elf u sitt mija. 36 U minn Aser,+ dawk li ngħaqdu maʼ l-armata biex jiġu mqassmin għall-battalja kienu erbgħin elf.
37 U min-naħa l-oħra tal-Ġordan,+ mir-Rubenin, mill-Gadin, u minn nofs it-tribù taʼ Manasse, bl-armi kollha taʼ l-armata militari, kien hemm mija u għoxrin elf. 38 Dawn kollha kienu gwerriera, jinġemgħu flimkien fil-kamp tal-battalja; b’qalb sħiħa+ ġew Ħebron biex jagħmlu lil David sultan fuq Israel kollu; u wkoll il-bqija kollha taʼ Israel kienu qalb waħda biex jagħmlu lil David sultan.+ 39 U baqgħu hemmhekk maʼ David tlett ijiem, jieklu u jixorbu,+ għax ħuthom kienu lestewlhom kollox. 40 U wkoll dawk li kienu qribhom, saħansitra sa l-artijiet taʼ Issakar,+ Żebulun,+ u Naftali,+ kienu qed iġibu l-ikel fuq il-ħmir,+ fuq l-iġmla, fuq il-bgħula, u fuq il-baqar, affarijiet taʼ l-ikel mid-dqiq,+ ċapep taʼ tin pressat,+ ċapep taʼ żbib,+ inbid,+ żejt,+ baqar,+ u nagħaġ+ bi kwantità kbira, għax kien hemm l-hena+ f’Israel.