14 “Issa, ara, illum jien sejjer fit-triq li jgħaddu minnha n-nies kollha taʼ l-art,+ u intom tafu sew b’qalbkom kollha u b’ruħkom kollha li lanqas kelma waħda mill-kliem tajjeb kollu li Ġeħova Alla tagħkom qalilkom ma naqset. Kollu seħħ għalikom. Lanqas kelma waħda ma naqset.+
56 “Ikun imbierek Ġeħova,+ li ta post taʼ mistrieħ lill-poplu tiegħu Israel skond kulma wiegħed.+ Ma naqsitx kelma waħda+ mill-wegħda tajba kollha li wiegħed permezz tal-qaddej tiegħu Mosè.+
18 sabiex, b’żewġ affarijiet li ma jinbidlux u li hu impossibbli li Alla jigdeb dwarhom,+ aħna, li ħrabna lejn il-kenn, ikollna inkuraġġiment qawwi biex naqbdu mat-tama+ mqiegħda quddiemna.