1 Samwel
15 Imbagħad Samwel qal lil Sawl: “Ġeħova lili bagħat biex nidilkek+ bħala sultan fuq il-poplu tiegħu Israel, u issa ismaʼ mill-kliem li jgħidlek Ġeħova.+ 2 Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati,+ ‘Nitlob kont+ minn Għamalek taʼ dak li għamel lil Israel meta ħadha kontrih hu u tielaʼ mill-Eġittu.+ 3 Issa mur, u aħbat għal Għamalek+ u eqirdu għalkollox*+ b’kulma għandu, u m’għandekx turi ħniena miegħu, u oqtolhom,+ sew raġel u sew mara, sew tfal u sew trabi tal-ħalib,+ sew barri u sew nagħġa, sew ġemel u sew ħmar.’”+ 4 Għaldaqstant, Sawl sejjaħ lill-poplu u għaddu f’Telajm,+ mitejn elf raġel bil-mixi u għaxart elef raġel minn Ġuda.+
5 U Sawl wasal saħansitra sal-belt t’Għamalek u qagħad għassa mistoħbi ħdejn il-wied. 6 Sadanittant, Sawl qal lill-Kenin:+ “Morru, itilqu,+ inżlu minn nofs l-Għamalekin, biex ma nkaxkarkomx magħhom. Inkwantu għalikom, intom eżerċitajtu l-qalb tajba bl-imħabba maʼ l-ulied kollha taʼ Israel+ meta kienu telgħin mill-Eġittu.”+ Għalhekk, il-Kenin telqu minn nofs Għamalek. 7 Imbagħad Sawl ħabat għal Għamalek+ minn Ħawila+ saħansitra sa Sur,+ fil-lvant taʼ l-Eġittu. 8 U lil Agag,+ is-sultan t’Għamalek, qabdu ħaj, u n-nies l-oħrajn kollha qeridhom b’xifer is-sejf.+ 9 Imma Sawl u n-nies ġiethom ħniena minn Agag u mill-aħjar fost in-nagħaġ u l-baqar+ u l-annimali smien u mill-imtaten u minn kulma kien tajjeb, u ma xtaqux jeqirduhom.+ U l-affarijiet kollha li kienu mistmerrin u mwarrbin, lil dawn qerduhom għalkollox.
10 Issa Ġeħova kellem lil Samwel u qallu: 11 “Jiddispjaċini+ li għamilt lil Sawl sultan, għaliex hu dar+ lura u ma baqax jimxi warajja, u kliemi ma wettqux.”+ U dan nikket lil Samwel,+ u baqaʼ l-lejl kollu jgħajjat lil Ġeħova.+ 12 Imbagħad Samwel qam kmieni biex jiltaqaʼ maʼ Sawl fil-għodu. Imma lil Samwel waslitlu l-aħbar li kienet tgħid: “Sawl mar Karmel,+ u bena monument+ bħala tifkira għalih, u mbagħad dar u qasam u niżel lejn Gilgal.” 13 Sa fl-aħħar, Samwel mar għand Sawl, u Sawl qallu: “Imbierek+ int minn Ġeħova. Jien wettaqt il-kelma taʼ Ġeħova.”+ 14 Imma Samwel qallu: “Allura x’inhu dan il-ħoss tan-nagħaġ f’widnejja, u l-ħoss tal-baqar li qed nismaʼ?”+ 15 U Sawl wieġbu: “Mingħand l-Għamalekin ġabuhom, għaliex in-nies+ ġiethom ħasra mill-aħjar nagħaġ u baqar li kien hemm sabiex joffruhom bħala sagrifiċċju lil Ġeħova Alla tiegħek;+ imma dak li kien fadal qridnieh għalkollox.” 16 U Samwel qal lil Sawl: “Ieqaf! U ngħidlek x’qalli Ġeħova l-lejl l-ieħor.”+ Għalhekk, qallu: “Tkellem!”
17 U Samwel issokta jgħidlu: “Mhux meta kont tħossok ċkejken f’għajnejk stess+ li sirt kap tat-tribujiet taʼ Israel, u Ġeħova dilkek+ bħala sultan fuq Israel? 18 Iktar tard Ġeħova bagħtek fuq inkarigu u qallek, ‘Mur u eqred lill-midinbin,+ lill-Għamalekin, u ġġieled kontrihom sakemm tkun qridthom għalkollox.’+ 19 Għalhekk, għala ma smajtx minn leħen Ġeħova imma nxtħett b’regħba fuq il-priża+ u għamilt dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova?”+
20 Madankollu, Sawl qal lil Samwel: “Imma jien smajt+ minn leħen Ġeħova għax mort fuq l-inkarigu li Ġeħova kien bagħatni nwettaq u ġibt lil Agag,+ is-sultan t’Għamalek, imma lil Għamalek qridtu għalkollox.+ 21 U n-nies+ ħadu mill-priża l-aqwa nagħaġ u baqar li kien hemm bħala xi ħaġa dedikata għall-qerda,* biex joffruhom bħala sagrifiċċju+ lil Ġeħova Alla tiegħek f’Gilgal.”+
22 Għal dan, Samwel qallu: “Jitgħaxxaq Ġeħova bl-offerti tal-ħruq+ u bis-sagrifiċċji daqskemm jitgħaxxaq b’wieħed li jismaʼ minn leħen Ġeħova? Ara! Li tobdi+ hu aħjar minn xi sagrifiċċju,+ li toqgħod attent aħjar mix-xaħam+ taʼ l-imtaten; 23 għax ir-ribelljoni+ hi l-istess bħad-dnub tat-teħbir,+ u l-prużunzjoni l-istess bħall-magħmul u t-terafim.*+ Ladarba int ċħadt il-kelma taʼ Ġeħova,+ hu jiċħad lilek milli tkun sultan.”+
24 Imbagħad Sawl qal lil Samwel: “Dnibt;+ għax ksirt l-ordni taʼ Ġeħova u kliemek, għaliex bżajt min-nies,+ u għalhekk smajt minn leħinhom. 25 U issa, jekk jogħġbok, aħfer+ id-dnub tiegħi u erġaʼ lura miegħi sabiex ninxteħet fl-art+ quddiem Ġeħova.” 26 Imma Samwel qal lil Sawl: “Ma nerġax lura miegħek, għax int ċħadt il-kelma taʼ Ġeħova, u Ġeħova jiċħad lilek milli tibqaʼ sultan fuq Israel.”+ 27 Hekk kif Samwel dar biex imur, minnufih qabadlu tarf il-libsa bla kmiem tiegħu, imma din iċċartet.+ 28 U Samwel qallu: “Illum Ġeħova ċarrat+ il-ħakma rjali taʼ Israel minn fuqek, u żgur li jagħtiha lil xi ħadd minn sħabek li hu aħjar minnek.+ 29 U, minbarra dan, l-Eċċellenza taʼ Israel+ ma jimxix bil-qerq,+ u Hu ma jerġax jibdielu, għax Hu m’huwiex xi bniedem sabiex jerġaʼ jibdielu.”+
30 Għal dan, qallu: “Dnibt. Issa onorani,+ jekk jogħġbok, quddiem ix-xjuħ tal-poplu tiegħi u quddiem Israel u erġaʼ lura miegħi, u jien żgur li ninxteħet fl-art quddiem Ġeħova Alla tiegħek.”+ 31 Għalhekk, Samwel reġaʼ lura wara Sawl, u Sawl inxteħet fl-art quddiem Ġeħova. 32 Imbagħad Samwel qal: “Ġibu lil Agag, is-sultan t’Għamalek, ħdejja.” U Agag mar ħdejh kontra qalbu, u Agag beda jgħid bejnu u bejn ruħu: “Żgur li m’iniex se ngħaddi mill-esperjenza kerha tal-mewt.” 33 Madankollu, Samwel qallu: “Bħalma s-sejf+ tiegħek ħalla lin-nisa bla tfal, bl-istess mod ommok+ se titħalla bla tfal fost in-nisa.”+ U Samwel qattaʼ lil Agag biċċiet quddiem Ġeħova f’Gilgal.+
34 Samwel issa telaq fi triqtu lejn Rama, u Sawl, min-naħa tiegħu, telaʼ lejn daru f’Gibegħa+ taʼ Sawl. 35 U Samwel ma reġax ra lil Sawl sa dakinhar li miet, għaliex Samwel sewwed qalbu+ minħabba Sawl. Imma Ġeħova ddispjaċieh li kien għamel lil Sawl sultan fuq Israel.+