6 “‘Inkwantu għal xi ħadd* li jdur lejn il-medji taʼ l-ispirti+ u lejn dawk li xogħolhom hu li jbassru l-ġrajjiet+ sabiex ikollu relazzjoni immorali magħhom, jien żgur li se ndawwar wiċċi kontra dan il-bniedem* u naqtgħu minn fost il-poplu tiegħu.+
10 M’għandux jinstab fik xi ħadd li jgħaddi lil ibnu jew lil bintu min-nar,+ xi ħadd li jeħber,+ min jipprattika l-maġija+ jew xi ħadd li jfittex sinjali li bihom jaqra l-futur+ jew saħħâr,+
3 Issa Samwel kien miet, u Israel kollu kien bkieh u difnu f’Rama, il-belt tiegħu.+ U Sawl kien neħħa mill-pajjiż lill-medji taʼ l-ispirti u lil dawk li xogħolhom kien li jbassru l-ġrajjiet.+
13 B’hekk, Sawl miet minħabba l-infedeltà tiegħu għaliex aġixxa bla fidi+ kontra Ġeħova peress li ma żammx il-kelma taʼ Ġeħova u wkoll minħabba li staqsa lil medjum taʼ l-ispirti+ sabiex jistħarreġ il-mejtin.
19 U jekk jgħidulkom: “Staqsu lill-medji taʼ l-ispirti+ jew lil dawk bi spirtu taʼ tbassir li qed ifesfsu+ u jitkellmu minn taħt l-ilsien,” m’huwiex lil Alla tiegħu li poplu għandu jistaqsi?+ Għandhom persuni mejtin jiġu mistoqsijin għan-nom taʼ persuni ħajjin?+