Ġożwè
8 Imbagħad Ġeħova qal lil Ġożwè: “Tibżax u titwerwirx.+ Ħu miegħek lill-gwerriera kollha u qum, itlaʼ Għaj. Ara, jien tajt f’idejk lis-sultan t’Għaj u l-poplu tiegħu u beltu u artu.+ 2 U lil Għaj u lis-sultan tagħha agħmlilhom bħalma għamilt lil Ġeriko u lis-sultan tagħha.+ Biss il-priża tagħha u l-annimali domestiċi tagħha tistgħu tiħduhom għalikom infuskom.+ Oqogħdu mistoħbijin kontra l-belt fuq in-naħa taʼ warajha.”+
3 Fi qbil maʼ dan, Ġożwè u l-gwerriera kollha+ qamu biex jitilgħu Għaj, u Ġożwè għażel tletin elf raġel, setgħanin u qalbenin,+ u bagħathom bil-lejl. 4 U kompla jikkmandahom: “Ara, intom tistaħbew+ kontra l-belt fuq in-naħa taʼ warajha. Titbegħdux ħafna mill-belt, u oqogħdu lkoll għal-lest. 5 U jien u n-nies kollha li huma miegħi mmorru qrib il-belt. U jrid iseħħ li, jekk joħorġu biex jiltaqgħu magħna bħall-ewwel darba,+ aħna naħarbu minnhom. 6 U joħorġu għal warajna sakemm inkunu begħedniehom mill-belt, għax jgħidu, ‘Qed jaħarbu minna bħall-ewwel darba.’+ U naħarbu minnhom. 7 Imbagħad intom—intom toħorġu minfejn tkunu mistoħbijin, u tieħdu l-belt f’idejkom; u Ġeħova Alla tagħkom jagħtiha f’idejkom.+ 8 U jrid iseħħ li malli tkunu rbaħtu l-belt tridu tagħtuha n-nar.+ Skond il-kelma taʼ Ġeħova għandkom tagħmlu. Ara, jien ikkmandajtkom.”+
9 Imbagħad Ġożwè bagħathom u huma mmarċjaw lejn il-post fejn kienu se jistaħbew u waqqfu l-kamp bejn Betel u Għaj lejn il-punent t’Għaj, waqt li Ġożwè dak il-lejl għaddieh mal-bqija tal-gwerriera.
10 Imbagħad Ġożwè qam kmieni fil-għodu+ u spezzjona lin-nies u telaʼ, hu u x-xjuħ taʼ Israel, u mexxa lin-nies lejn Għaj. 11 U l-gwerriera kollha+ li kienu miegħu telgħu, u resqu u waslu quddiem il-belt, u kkampjaw lejn it-tramuntana t’Għaj, bil-wied bejnhom u bejn Għaj. 12 Sadanittant, hu ħa madwar ħamest elef raġel u ħalliehom mistoħbijin+ bejn Betel+ u Għaj, lejn il-punent tal-belt. 13 Għalhekk, in-nies waqqfu l-kamp prinċipali lejn it-tramuntana tal-belt+ u l-parti taʼ waranett lejn il-punent tal-belt,+ u dak il-lejl Ġożwè mar f’nofs il-pjanura l-baxxa.
14 U ġara li, malli s-sultan t’Għaj ra dan, imbagħad l-irġiel tal-belt għaġġlu u qamu kmieni u ħarġu jiltaqgħu maʼ Israel fil-battalja, hu u l-irġiel kollha tiegħu, fil-ħin stabbilit, quddiem il-pjanura tad-deżert. U hu ma kienx jaf li kien hemm xi nies mistoħbijin kontrih lejn in-naħa taʼ wara tal-belt.+ 15 Meta Ġożwè u Israel kollu għamlu taʼ bir-ruħhom li tilfu,+ huma ħarbu mit-triq tax-xagħri.+ 16 Imbagħad l-irġiel kollha li kienu fil-belt issejħu biex jiġru għal warajhom, u marru jiġru wara Ġożwè u begħduhom mill-belt.+ 17 U ma kienx baqaʼ raġel f’Għaj u f’Betel li ma ħariġx wara Israel, u b’hekk ħallew il-belt miftuħa beraħ u telqu jiġru wara Israel.
18 Issa Ġeħova qal lil Ġożwè: “Midd il-lanza* li għandek f’idek lejn Għaj,+ għax se nagħtiha f’idejk.”+ Għaldaqstant, Ġożwè medd il-lanza li kellu f’idu lejn il-belt. 19 U dawk li kienu mistoħbijin qamu malajr minn posthom, u malli medd idu qabdu jiġru, u daħlu fil-belt u rebħuha.+ Imbagħad għaġġlu u taw in-nar lill-belt.+
20 U l-irġiel t’Għaj daru lura u ħarsu, u d-duħħan tal-belt kien tielaʼ lejn is-smewwiet, u ma kellhom ebda ħila jaħarbu naħa jew oħra. U n-nies li kienu qed jaħarbu lejn ix-xagħri daru għal dawk li kienu qed jiġru warajhom. 21 U Ġożwè u Israel kollu raw li dawk li kienu mistoħbijin+ kienu rebħu l-belt, u li kien tielaʼ d-duħħan mill-belt, u għalhekk daru lura u marru jidorbu lill-irġiel t’Għaj għall-mewt. 22 U l-oħrajn ħarġu mill-belt biex jiltaqgħu magħhom, u b’hekk huma ġew bejn Israel, dawn fuq naħa u dawk fuq oħra, u darbuhom għall-mewt sakemm ma kien għad baqaʼ ħadd minnhom ħaj jew li ħarab.+ 23 U lis-sultan+ t’Għaj qabduh ħaj u ressquh quddiem Ġożwè.
24 U ġara li waqt li Israel kien qed itemm joqtol lill-abitanti kollha t’Għaj fil-kampanja, fix-xagħri fejn kienu ġrew warajhom, huma baqgħu jaqgħu, ilkoll kemm huma, b’xifer is-sejf sakemm intemmew. Wara dan, Israel kollu mar lura Għaj u ħabat għaliha b’xifer is-sejf. 25 U dawk kollha li mietu f’dak il-jum, kemm irġiel u kemm nisa, kienu tnax-il elf, in-nies kollha t’Għaj. 26 U Ġożwè ma ġibidx lura l-id li biha kien medd il-lanza+ sakemm kien qered*+ lill-abitanti kollha t’Għaj. 27 Biss l-annimali domestiċi u l-priża taʼ dik il-belt Israel ħadhom għalih, skond il-kelma li Ġeħova kien ikkmanda lil Ġożwè.+
28 Imbagħad Ġożwè ħaraq lil Għaj u għamilha għolja taʼ rovini għal żmien indefinit,+ bħala art abbandunata sa llum. 29 U dendel lis-sultan t’Għaj+ fuq zokk sa fil-għaxija;+ u hekk kif ix-xemx kienet kważi niżlet Ġożwè ta l-kmand, u niżżlu l-ġisem mejjet tiegħu+ minn fuq iz-zokk u tefgħuh fid-daħla taʼ bieb il-belt u tellgħu fuqu borġ kbir ġebel, li għadu hemmhekk sa llum.
30 Imbagħad Ġożwè bena artal+ lil Ġeħova l-Alla taʼ Israel, fuq il-Muntanja Għebal,+ 31 bħalma kien ikkmanda Mosè l-qaddej taʼ Ġeħova lil ulied Israel, skond kif hemm miktub fil-ktieb tal-liġi+ taʼ Mosè: “Artal taʼ ġebel sħiħ, li fuqu ma ntużat ebda għodda tal-ħadid”;+ u offrew fuqu offerti tal-ħruq lil Ġeħova u għamlu sagrifiċċji taʼ sħubija.*+
32 Imbagħad kiteb hemmhekk fuq il-ġebel kopja+ tal-liġi taʼ Mosè li dan kien kiteb quddiem ulied Israel.+ 33 U Israel kollu u x-xjuħ tagħhom+ u l-uffiċjali u l-imħallfin tagħhom kienu bil-wieqfa fuq naħa u fuq oħra taʼ l-Arka quddiem il-qassisin,+ il-Leviti, li kienu qed iġorru l-arka tal-patt taʼ Ġeħova,+ ir-resident barrani kif ukoll dak imwieled fil-pajjiż,+ nofshom quddiem il-Muntanja Geriżim+ u n-nofs l-ieħor quddiem il-Muntanja Għebal,+ (bħalma kien ikkmanda Mosè l-qaddej taʼ Ġeħova,)+ biex l-ewwelnett jitbierek+ il-poplu taʼ Israel. 34 U wara dan, qara jgħajjat il-kliem kollu tal-liġi,+ il-barka+ u s-saħta,+ skond kulma hemm miktub fil-ktieb tal-liġi. 35 Ma kienx hemm kelma minn dak kollu li kien ikkmanda Mosè li Ġożwè ma qrahiex jgħajjat quddiem il-kongregazzjoni kollha taʼ Israel,+ flimkien man-nisa+ u ċ-ċkejknin+ u r-residenti barranin+ li kienu jimxu f’nofshom.