Imħallfin
10 Issa wara Abimelek qam Tola bin Puwa, bin Dodo, raġel minn Issakar, biex isalva+ lil Israel, u kien jgħammar f’Samir fir-reġjun muntanjuż t’Efrajm.+ 2 U dam jiġġudika lil Israel tlieta u għoxrin sena, u wara dan miet u ndifen f’Samir.
3 Imbagħad warajh qam Ġajir il-Gilegħadi,+ u hu dam jiġġudika lil Israel tnejn u għoxrin sena. 4 U kellu tletin tifel, u kienu jirkbu fuq tletin ħmar+ u kellhom tletin belt li għadhom isejħulhom Ħawwot-ġajir*+ sa llum, u qegħdin fl-art taʼ Gilegħad. 5 Wara dan, Ġajir miet u ndifen f’Kamon.
6 U wlied Israel reġgħu għamlu dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova,+ u bdew jaqdu lill-Bagħalim+ u x-xbihat t’Għastoret+ u l-allat tas-Sirja+ u l-allat taʼ Sidon+ u l-allat taʼ Mowab+ u l-allat taʼ wlied Għammon+ u l-allat tal-Filistin.+ Għalhekk, telqu lil Ġeħova u ma qdewx lilu.+ 7 Għal dan, ir-rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra Israel,+ u biegħhom+ f’idejn il-Filistin+ u f’idejn ulied Għammon.+ 8 Għalhekk, dawn kissru u ħaqru bil-kbir lil ulied Israel f’dik is-sena—għal tmintax-il sena għamlu dan lil ulied Israel kollha li kienu fuq in-naħa tal-Ġordan fl-art taʼ l-Amurrin li kienet f’Gilegħad. 9 U wlied Għammon kienu jaqsmu għan-naħa l-oħra tal-Ġordan biex jiġġieldu kontra Ġuda u Benjamin u dar Efrajm; u Israel kien imnikket ħafna.+ 10 U wlied Israel bdew isejħu lil Ġeħova għall-għajnuna,+ billi jgħidu: “Dnibna+ kontrik, għax tlaqna lil Alla tagħna u qed naqdu lill-Bagħalim.”+
11 Imbagħad Ġeħova qal lil ulied Israel: “Ma kienx mill-Eġittu+ u mill-Amurrin+ u minn ulied Għammon+ u mill-Filistin+ 12 u mis-Sidonin+ u minn Għamalek+ u minn Midjan,+ minn idejhom li salvajtkom, meta ħaqrukom+ u intom sejjaħtuli? 13 Intom abbandunajtuni+ u bdejtu taqdu allat oħrajn.+ Huwa għalhekk li m’iniex se nerġaʼ nsalvakom.+ 14 Morru u sejħu għall-għajnuna lill-allat+ li għażiltu.+ Ħa jsalvawkom huma fi żmien in-niket tagħkom.” 15 Imma wlied Israel qalu lil Ġeħova: “Aħna dnibna.+ Agħmlilna skond ma jidhirlek li hu tajjeb f’għajnejk.+ Biss eħlisna, jekk jogħġbok, illum.”+ 16 U bdew ineħħu l-allat barranin minn ġo nofshom+ u jaqdu lil Ġeħova,+ u minħabba f’hekk ruħu+ ma felħitx iktar tara n-niket taʼ Israel.+
17 Maż-żmien, ulied Għammon+ issejħu flimkien u waqqfu kamp f’Gilegħad.+ U wlied Israel inġabru flimkien u waqqfu kamp f’Mispa.+ 18 U n-nies u l-prinċpijiet taʼ Gilegħad bdew jgħidu lil xulxin: “Min se jieħu t-tmexxija biex jiġġieled kontra wlied Għammon?+ Ħa jsir hu l-kap taʼ l-abitanti kollha taʼ Gilegħad.”+