Imħallfin
11 Issa Ġefta+ l-Gilegħadi+ kien sar raġel setgħan u qalbieni,+ u kien bin prostituta,+ u Gilegħad kien missier Ġefta. 2 U mart Gilegħad baqgħet tilidlu wlied subien. Meta wlied il-mara kibru, keċċew lil Ġefta u qalulu: “Ma jrid ikollok ebda wirt f’dar missierna,+ għax int bin mara oħra.” 3 Għalhekk, Ġefta ħarab minħabba ħutu u beda jgħammar fl-art taʼ Tob.+ U xi rġiel li kienu bla xogħol bdew jingħaqdu maʼ Ġefta, u kienu joħorġu miegħu kontra l-għadu.+
4 U ġara wara ftit li wlied Għammon bdew jiġġieldu kontra Israel.+ 5 U meta wlied Għammon iġġieldu kontra Israel,+ ix-xjuħ taʼ Gilegħad minnufih marru jġibu lil Ġefta mill-art taʼ Tob.+ 6 Imbagħad qalu lil Ġefta: “Ejja u aqdi bħala l-kmandant tagħna, ħa niġġieldu kontra wlied Għammon.” 7 Imma Ġefta qal lix-xjuħ+ taʼ Gilegħad: “Mhux intom kontu li bgħadtuni u keċċejtuni minn dar missieri?+ U issa għalfejn ġejtu għandi għax qegħdin fl-inkwiet?”+ 8 Għal dan, ix-xjuħ qalu lil Ġefta: “Aħna għalhekk ġejna lura+ għandek, u int trid tiġi magħna u tiġġieled kontra wlied Għammon, u trid issir għalina l-kap tan-nies kollha taʼ Gilegħad.”+ 9 Għalhekk, Ġefta qal lix-xjuħ taʼ Gilegħad: “Jekk se tiħduni lura biex niġġieled kontra wlied Għammon, u Ġeħova jerħihom+ f’idejja, jien, min-naħa tiegħi, insir il-kap tagħkom!” 10 Min-naħa tagħhom, ix-xjuħ taʼ Gilegħad qalu lil Ġefta: “Ħa jkun Ġeħova xhud bejnietna+ jekk ma nagħmlux skond kelmtek.”+ 11 Għaldaqstant, Ġefta mar max-xjuħ taʼ Gilegħad u n-nies qegħduh fuqhom bħala kap u kmandant.+ U Ġefta rripeta kliemu kollu quddiem Ġeħova+ f’Mispa.+
12 Imbagħad Ġefta bagħat messaġġiera għand is-sultan taʼ wlied Għammon,+ jgħidu: “X’għandi x’naqsam miegħek,+ biex ġejt tiġġieled kontrija f’arti?” 13 Għalhekk, is-sultan taʼ wlied Għammon qal lill-messaġġiera taʼ Ġefta: “Għax meta ħareġ mill-Eġittu Israel ħadli l-art,+ mill-Arnon+ sal-Ġabbok u sal-Ġordan.+ U issa agħtiha lura bis-sliem.” 14 Imma Ġefta bagħat għal darb’oħra messaġġiera għand is-sultan taʼ wlied Għammon 15 u qallu:
“Hekk qal Ġefta, ‘Israel ma ħax l-art taʼ Mowab+ u l-art taʼ wlied Għammon.+ 16 Għax meta ħareġ mill-Eġittu Israel mexa fix-xagħri sal-Baħar l-Aħmar+ u wasal Kades.+ 17 Imbagħad Israel bagħat messaġġiera għand is-sultan t’Edom,+ jgħid: “Ħallini ngħaddi, jekk jogħġbok, minn artek,” u s-sultan t’Edom ma semax. U wkoll bagħat jgħid lis-sultan taʼ Mowab,+ u hu ma qabilx. U Israel baqaʼ jgħammar f’Kades.+ 18 Meta kompla miexi fix-xagħri, baqaʼ għaddej minn madwar l-art t’Edom+ u l-art taʼ Mowab, u b’hekk għadda mil-lvant* taʼ l-art taʼ Mowab,+ u kkampja fir-reġjun taʼ l-Arnon; u ma daħalx ’il ġewwa mill-fruntiera taʼ Mowab,+ għax l-Arnon kien il-fruntiera taʼ Mowab.+
19 “‘Wara dan, Israel bagħat messaġġiera għand Siħon is-sultan taʼ l-Amurrin, is-sultan taʼ Ħesbon,+ u Israel qallu: “Ħallina ngħaddu, jekk jogħġbok, minn artek biex immur lejn il-post tiegħi.”+ 20 U Siħon ma fadax lil Israel jaqsam mit-territorju tiegħu, u Siħon ġabar lin-nies kollha tiegħu flimkien u kkampja f’Ġaħas+ u ġġieled kontra Israel.+ 21 Għal dan, Ġeħova l-Alla taʼ Israel ta lil Siħon u lin-nies kollha tiegħu f’idejn Israel, u b’hekk ħabat għalihom u Israel ħa f’idejh l-art kollha taʼ l-Amurrin li kienu joqogħdu f’dik l-art.+ 22 Għaldaqstant, huma ħadu f’idejhom it-territorju kollu taʼ l-Amurrin mill-Arnon sal-Ġabbok u mix-xagħri sal-Ġordan.+
23 “‘U kien Ġeħova l-Alla taʼ Israel li ħa l-proprjetà taʼ l-Amurrin quddiem il-poplu tiegħu Israel,+ u issa int, min-naħa tiegħek, trid il-proprjetà taʼ dan il-poplu. 24 Jaqaw il-proprjetà li Kemos+ l-alla tiegħek iġiegħlek tieħu mingħand ħaddieħor mhux int tiritha? U aħna se nirtu l-proprjetà taʼ kulmin Ġeħova Alla tagħna jiħodhielu quddiemna.+ 25 U jaqaw int aħjar minn Balak bin Siffur, is-sultan taʼ Mowab?+ Qatt tqabad hu maʼ Israel, jew qatt iġġieled kontrih? 26 Allura, waqt li Israel kien jgħammar f’Ħesbon u l-bliet+ li jiddependu minnha u f’Għarogħer+ u l-bliet li jiddependu minnha u fil-bliet kollha ħdejn ix-xtut taʼ l-Arnon għal tliet mitt sena, għalfejn qatt ma ħtafthomlu f’dak iż-żmien?+ 27 Min-naħa tiegħi, jien ma dnibtx kontrik, imma int qed tittrattani ħażin billi tiġġieled kontrija. Ħa jiġġudika llum Ġeħova l-Imħallef+ bejn ulied Israel u wlied Għammon.’”
28 U s-sultan taʼ wlied Għammon ma tax widen għall-kliem li kien bagħat jgħidlu Ġefta.+
29 L-ispirtu taʼ Ġeħova issa ġie fuq Ġefta,+ u hu għadda minn Gilegħad u Manasse u minn Mispe taʼ Gilegħad,+ u minn Mispe taʼ Gilegħad baqaʼ għaddej lejn ulied Għammon.
30 Imbagħad Ġefta għamel wegħda+ lil Ġeħova u qal: “Jekk int tassew tagħti lil ulied Għammon f’idejja, 31 irid iseħħ ukoll li min joħroġ, min joħroġ mill-bieb taʼ dari biex jiltaqaʼ miegħi meta nerġaʼ lura minn ulied Għammon fis-sliem,+ irid ukoll isir taʼ Ġeħova,+ u jien irrid noffri lil min ikun bħala offerta tal-ħruq.”+
32 Għalhekk, Ġefta baqaʼ għaddej lejn ulied Għammon biex jiġġieled kontrihom, u Ġeħova tahomlu f’idejh. 33 U ħabat għalihom minn Għarogħer sa Minnit+—għoxrin belt—u s’Abel-keramim u l-qatla kienet kbira ferm. B’hekk, ulied Għammon ġew imrażżnin quddiem ulied Israel.
34 Fl-aħħar, Ġefta ġie Mispa+ lejn daru, u, ara, bintu kienet ħierġa tiltaqaʼ miegħu bit-tanburlin iddoqq u tiżfen!+ Issa hi kienet assolutament l-unika tifla. Ma kellux iben jew bint ħliefha. 35 U ġara li meta lemaħha, ċarrat ilbiesu+ u qal: “Jaħasra, binti! Int tassew ġegħeltni mmil, u jien ġegħeltek tkun imwarrba. U jien—jien ftaħt fommi lil Ġeħova, u ma nistax nerġaʼ lura.”+
36 Imma hi qaltlu: “Missieri, jekk ftaħt fommok lil Ġeħova, agħmel miegħi skond kif ħareġ minn fommok,+ ladarba Ġeħova wettaq atti taʼ vendetta għalik fuq l-għedewwa tiegħek, ulied Għammon.” 37 U kompliet tgħid lil missierha: “Ħa ssirli din il-ħaġa: Ħallini waħdi għal xahrejn, ħa mmur u ninżel fil-muntanji, sabiex nibki l-verġinità tiegħi,+ jien u sħabi bniet.”
38 Għal dan, qalilha: “Mur!” Għalhekk, bagħatha għal xahrejn; u hi marret, flimkien maʼ sħabha bniet, u bkiet il-verġinità tagħha fuq il-muntanji. 39 U wara xahrejn hi reġgħet lura għand missierha, u hu wettaq il-wegħda tiegħu li kien għamel dwarha.+ Inkwantu għaliha, hi qatt ma kellha x’taqsam maʼ raġel. U dan sar regola f’Israel: 40 Minn sena għal sena l-bniet taʼ Israel kienu jmorru jfaħħru lil bint Ġefta l-Gilegħadi, erbat ijiem fis-sena.+