Imħallfin
17 Issa kien hemm raġel mir-reġjun muntanjuż t’Efrajm+ li kien jismu Mikea. 2 Maż-żmien qal lil ommu: “L-elf u mitt biċċa tal-fidda li ttieħdu mingħandek u li fuqhom lissint saħta+ u għedtha fejn stajt nisimgħek jien—ara, il-fidda qiegħda għandi. Jien kont li ħadtha.”+ Għal dan, ommu qalet: “Ħa jkun imbierek ibni minn Ġeħova.”+ 3 Għaldaqstant, hu ta lura l-elf u mitt biċċa tal-fidda lil ommu;+ u ommu qalet: “Bla dubju jien irrid inqaddes il-fidda lil Ġeħova minn idi għall-ġid taʼ ibni, sabiex tintgħamel xbieha skolpita+ u statwa minn metall imdewweb;+ u mbagħad nagħtihielek lura.”
4 Għalhekk, hu ta lura l-fidda lil ommu, u ommu ħadet mitejn biċċa tal-fidda u tathom lill-arġentier.+ U dan għamel xbieha skolpita+ u statwa minn metall imdewweb;+ u tqiegħdet f’dar Mikea. 5 U r-raġel Mikea kellu dar taʼ l-allat,+ u għamel efod+ u terafim*+ u lil wieħed minn uliedu tah is-setgħa f’idu,+ biex jaqdi bħala qassis għalih.+ 6 F’dawk il-jiem ma kienx hemm sultan f’Israel.+ U kulħadd kien imdorri jagħmel skond ma kien jidhirlu li hu sewwa f’għajnejh.+
7 Issa kien hemm żagħżugħ minn Betlehem+ taʼ Ġuda mill-familja taʼ Ġuda, u kien Levita.+ U għammar hemmhekk għal xi żmien. 8 U r-raġel telaq mill-belt taʼ Betlehem taʼ Ġuda biex jgħammar għal xi żmien fejn setaʼ jsib post. Fl-aħħar, waqt li kien sejjer fi triqtu, wasal fir-reġjun muntanjuż t’Efrajm u baqaʼ sejjer sad-dar taʼ Mikea.+ 9 Imbagħad Mikea qallu: “Minfejn ġej?” Għal dan, qallu: “Jien Levita minn Betlehem taʼ Ġuda, u sejjer ngħammar għal xi żmien fejn nistaʼ nsib post.” 10 Għalhekk, Mikea qallu: “Oqgħod miegħi u aqdi bħala missier+ u qassis+ għalija, u jien, min-naħa tiegħi, nagħtik għaxar biċċiet tal-fidda fis-sena u tibdila ħwejjeġ xierqa u l-ikel tiegħek.” Għaldaqstant, il-Levita daħal. 11 B’hekk, il-Levita ddeċieda li joqgħod mar-raġel, u ż-żagħżugħ sar għalih qisu wieħed minn uliedu. 12 Iktar minn hekk, Mikea ta s-setgħa f’id il-Levita,+ biex iż-żagħżugħ ikun jistaʼ jaqdi bħala qassis+ għalih u jibqaʼ fid-dar taʼ Mikea. 13 Għalhekk, Mikea qal: “Issa tassew naf li Ġeħova se jittrattani tajjeb, għax il-Levita sar qassis għalija.”+