1 Samwel
12 Fl-aħħar, Samwel qal lil Israel kollu: “Ara! Smajt minn leħinkom dwar kulma għedtuli,+ li għandi nagħmlilkom sultan biex isaltan fuqkom.+ 2 U issa hawn hu s-sultan miexi quddiemkom!+ Inkwantu għalija, jien xjaħt+ u xagħri sar griż,+ u wliedi, hawn huma magħkom,+ u jien—jien imxejt quddiemkom minn żgħożiti sa dan il-jum.+ 3 Hawn jien. Ixhdu kontrija quddiem Ġeħova u quddiem il-midluk tiegħu:+ Il-barri taʼ min ħadt jien+ jew il-ħmar taʼ min ħadt jien jew lil min imbroljajt jew lil min farrakt jew minn id min aċċettajt flus tas-skiet biex għamieli għajnejja bihom?+ U jien irroddhomlkom.”+ 4 Għal dan, qalulu: “La imbroljajtna, la farraktna, u lanqas minn id ħadd m’aċċettajt xi ħaġa.”+ 5 Għalhekk, qalilhom: “Ġeħova hu xhud kontrikom, u l-midluk tiegħu+ hu xhud dan il-jum li ma sibtu assolutament xejn f’idi.”+ Għal dan, qalu: “Hu xhud.”
6 U Samwel issokta jgħid lin-nies: “Ġeħova hu xhud li uża lil Mosè u lil Aron u li tellaʼ lil missirijietkom mill-art taʼ l-Eġittu.+ 7 U issa ħudu postkom, u jien nagħmel ħaqq minnkom quddiem Ġeħova u nirrakkontalkom l-atti ġusti+ kollha taʼ Ġeħova li għamel magħkom u maʼ missirijietkom.
8 “Malli Ġakobb kien ġie l-Eġittu+ u missirijietkom bdew jgħajtu lil Ġeħova għall-għajnuna,+ Ġeħova bagħat lil Mosè+ u lil Aron, sabiex joħorġu lil missirijietkom mill-Eġittu u jġegħelhom jgħammru f’dan il-post.+ 9 U dawn insewh lil Ġeħova Alla tagħhom,+ u b’hekk biegħhom+ f’id Sisera,+ il-kap taʼ l-armata taʼ Ħasor, u f’id il-Filistin+ u f’id is-sultan taʼ Mowab,+ u dawn baqgħu jiġġieldu kontrihom. 10 U bdew jgħajtu lil Ġeħova għall-għajnuna+ u jgħidu, ‘Dnibna,+ għax tlaqna lil Ġeħova biex naqdu lill-Bagħalim+ u lix-xbihat t’Għastoret;+ u issa eħlisna+ minn id l-għedewwa tagħna, sabiex naqduk.’ 11 U Ġeħova bagħat lil Ġerubbagħal,+ lil Bedan, lil Ġefta,+ u lil Samwel+ u ħeliskom minn id l-għedewwa kollha taʼ madwarkom, sabiex tgħammru fis-sigurtà.+ 12 Meta rajtu li Naħas,+ is-sultan taʼ wlied Għammon, kien ġie kontrikom, bqajtu tgħiduli, ‘Le, imma għandu jsaltan fuqna sultan!’+ u sadanittant Ġeħova Alla tagħkom kien is-Sultan tagħkom.+ 13 U issa hawn hu s-sultan li għażiltu, li tlabtu;+ u Ġeħova poġġa sultan fuqkom.+ 14 Jekk tibżgħu minn Ġeħova+ u taqduh+ u tisimgħu minn leħnu,+ u ma tirribellawx+ kontra l-ordni taʼ Ġeħova, kemm intom kif ukoll is-sultan li għad isaltan fuqkom turu li intom segwaċi taʼ Ġeħova Alla tagħkom. 15 Imma jekk ma tisimgħux minn leħen Ġeħova+ u tirribellaw kontra l-ordni taʼ Ġeħova,+ id Ġeħova tkun kontrikom u kontra missirijietkom.+ 16 Issa, ukoll, ħudu postkom u araw din il-ħaġa kbira li Ġeħova qed jagħmel quddiem għajnejkom. 17 M’huwiex il-ħsad+ tal-qamħ illum? Insejjaħ+ lil Ġeħova biex jibgħat ir-ragħad u x-xita;+ imbagħad tkunu tafu u taraw li l-ħażen li għamiltu hu kbir ferm+ f’għajnejn Ġeħova meta tlabtu sultan għalikom.”
18 Minnufih Samwel sejjaħ lil Ġeħova,+ u Ġeħova bagħat ir-ragħad u x-xita dakinhar,+ u b’hekk in-nies kollha beżgħu ferm minn Ġeħova u minn Samwel. 19 U n-nies kollha bdew jgħidu lil Samwel: “Itlob+ għan-nom tal-qaddejja tiegħek lil Ġeħova Alla tiegħek, għax ma rridux immutu; għaliex mad-dnubiet kollha tagħna żidna dan il-ħażen meta tlabna li jkollna sultan.”
20 Għalhekk, Samwel qal lin-nies: “Tibżgħux.+ Intom—intom għamiltu dan il-ħażen kollu. Biss titwarrbux milli ssegwu lil Ġeħova,+ u aqdu lil Ġeħova b’qalbkom kollha.+ 21 U titwarrbux biex issegwu affarijiet m’humiex reali+ li m’huma t’ebda benefiċċju+ u li ma jeħilsux lil dak li jkun, għaliex huma affarijiet m’humiex reali. 22 Għax Ġeħova ma jabbandunax+ lill-poplu tiegħu minħabba ismu l-kbir,+ għaliex Ġeħova għoġbu jagħmilkom il-poplu tiegħu.+ 23 Inkwantu għalija wkoll, jien ma jgħaddilix minn moħħi, min-naħa tiegħi, li nidneb kontra Ġeħova billi ma nibqax nitlob għan-nom tagħkom;+ u rrid ngħallimkom+ it-triq li hi tajba+ u sewwa. 24 Biss ibżgħu+ minn Ġeħova, u aqduh bil-verità b’qalbkom+ kollha; għax araw x’affarijiet kbar għamel għalikom.+ 25 Imma jekk b’ras iebsa tagħmlu dak li hu ħażin, tinqerdu,+ kemm intom u kemm is-sultan tagħkom.”+