16 “Għada bħalissa nibgħatlek raġel mill-art taʼ Benjamin,+ u trid tidilku+ bħala mexxej fuq il-poplu tiegħi Israel; u hu jsalva lill-poplu tiegħi minn id il-Filistin,+ għaliex jien rajt is-sofferenza tal-poplu tiegħi, għax l-għajta tagħhom waslet għandi.”+
10Samwel imbagħad ħa l-flixkun+ taż-żejt u sawwabhulu fuq rasu u biesu+ u qallu: “M’huwiex dan għaliex Ġeħova dilkek bħala mexxej+ fuq il-wirt tiegħu?+
6 Għalhekk, hu qal lill-irġiel tiegħu: “Ma jgħaddilix minn moħħi, mill-ħarsa taʼ Ġeħova, li nagħmel ħaġa bħal din lil sidi, il-midluk+ taʼ Ġeħova, billi mmidd idi fuqu, għax hu l-midluk taʼ Ġeħova.”+
27 Tabilħaqq, kemm Erodi* u kemm Ponzju Pilatu+ nġabru flimkien f’din il-belt man-nies tal-ġnus u mal-popli taʼ Israel kontra l-qaddej qaddis tiegħek,+ Ġesù, li int dlikt,+
38 kif Alla dilek bl-ispirtu qaddis+ u bil-qawwa lil Ġesù, li kien minn Nazaret, u dan dar il-pajjiż kollu jagħmel il-ġid u jfejjaq lil dawk kollha maħqurin mix-Xitan,+ għax Alla kien miegħu.+