Salm
Għanja tat-Tlajjaʼ.
129 “Mindu kont żagħżugħ ma waqfux jattakkawni”
3 Xi wħud għamluli dahri bħal għalqa li qed tiġi maħruta;
Huma għamluli linji twal fuq dahri.”
4 Imma Ġeħova hu ġust;
Hu salvani mill-ħżiena li jaħqruni.
5 Dawk kollha li jobogħdu lil Sijon
Se jiġu mġiegħla jistħu u jaħarbu umiljati.
6 Huma jsiru bħal ħaxix li jikber fuq il-bjut,
Li jinxef qabel jaqtgħuh,
7 Li min jaħsdu ma jkollux biex jimla id
U min jiġbru ma jkollux biex jagħmel qatta.
8 Dawk li jgħaddu minn ħdejhom mhux se jgħidu:
“Jalla Ġeħova jberikkom;
Inberkukom f’isem Ġeħova.”