2 Kronaki
5 Fl-aħħar, ix-xogħol kollu li kellu jagħmel Salamun għad-dar taʼ Ġeħova tlesta,+ u Salamun beda jdaħħal l-affarijiet li tqaddsu minn David, missieru;+ u l-fidda, id-deheb, u l-għodod kollha poġġiehom fit-teżori tad-dar taʼ l-Alla l-veru.+ 2 Kien dak iż-żmien li Salamun laqqaʼ f’Ġerusalemm lix-xjuħ taʼ Israel+ u lill-kapijiet kollha tat-tribujiet,+ lill-kapijiet ewlenin tal-familji min-naħa tal-missirijiet+ taʼ wlied Israel, biex itellaʼ l-arka+ tal-patt taʼ Ġeħova+ mill-Belt taʼ David,+ jiġifieri, Sijon.+ 3 Għalhekk, l-irġiel kollha taʼ Israel iltaqgħu għand is-sultan fil-festa, dik tas-sebaʼ xahar.+
4 Għalhekk, ix-xjuħ kollha taʼ Israel ġew,+ u l-Leviti bdew iġorru l-Arka.+ 5 U tellgħu l-Arka+ u t-tinda tal-laqgħa+ u l-għodod imqaddsin+ kollha li kien hemm fit-tinda. Il-qassisin Leviti* tellgħuhom.+ 6 U s-Sultan Salamun u l-ġemgħa kollha taʼ l-Israelin li żammew l-appuntament miegħu quddiem l-Arka kienu qed joffru sagrifiċċji+ taʼ nagħaġ u baqar li ma setgħux jitqiesu jew jingħaddu daqskemm kienu kotrana. 7 Imbagħad il-qassisin daħħlu l-arka tal-patt taʼ Ġeħova f’postha, fil-kamra taʼ ġewwanett+ tad-dar, fl-Iktar Qaddis,+ taħt ġwinħajn il-kerubini.+ 8 B’hekk, il-kerubini kellhom ġwinħajhom mifruxin kontinwament fuq il-post fejn kienet l-Arka, u b’hekk il-kerubini għattew l-Arka u l-lasti tagħha+ minn fuq.+ 9 Imma l-lasti kienu twal, u b’hekk it-truf tal-lasti setgħu jidhru mill-Qaddis quddiem il-kamra taʼ ġewwanett, imma ma kinux jidhru minn barra, u hemmhekk għadhom sa dan il-jum.+ 10 Ma kien hemm xejn fl-Arka ħlief iż-żewġ twavel+ li Mosè kien qiegħed fil-Ħoreb,+ meta Ġeħova għamel patt+ maʼ wlied Israel waqt li kienu ħerġin mill-Eġittu.+
11 U ġara li meta l-qassisin ħarġu mill-post qaddis (għax il-qassisin kollha li setgħu jinstabu kienu, min-naħa tagħhom, tqaddsu+—ma kienx hemm għalfejn jimxu skond it-taqsimiet);+ 12 u l-Leviti,+ li kienu l-għannejja tagħhom kollha, jiġifieri, t’Asaf,+ taʼ Ħeman,+ u taʼ Ġedutun,+ u taʼ wliedhom u taʼ ħuthom, lebsin drapp fin u kellhom iċ-ċimbali,+ l-istrumenti tal-korda,+ u l-arpi,+ kienu weqfin in-naħa tal-lvant taʼ l-artal u flimkien magħhom mija u għoxrin qassis idoqqu t-trumbetti;+ 13 u ġara li malli t-trumbettieri u l-għannejja bħala ħaġa waħda+ bdew isemmgħu ħoss wieħed biex ifaħħru u jirringrazzjaw lil Ġeħova, u malli bdew jinstemgħu t-trumbetti u ċ-ċimbali u l-istrumenti li jakkumpanjaw il-kant+ u t-tifħir+ lil Ġeħova, “għax hu tajjeb,+ għax għal dejjem hi l-qalb tajba bl-imħabba tiegħu,”+ id-dar imtliet bi sħaba,+ id-dar taʼ Ġeħova,+ 14 u l-qassisin ma setgħux jieqfu hemmhekk biex jaqdu minħabba s-sħaba;+ għax il-glorja+ taʼ Ġeħova mliet id-dar taʼ l-Alla l-veru.