1 Kronaki
28 U David ġemaʼ f’Ġerusalemm il-prinċpijiet+ kollha taʼ Israel, il-prinċpijiet+ tat-tribujiet u l-prinċpijiet+ tat-taqsimiet taʼ dawk li jaqdu lis-sultan u l-kapijiet taʼ l-eluf+ u l-kapijiet tal-mijiet+ u l-kapijiet fuq il-ġid kollu+ u l-bhejjem+ kollha tas-sultan u taʼ wliedu,+ flimkien maʼ l-uffiċjali tal-palazz+ u l-irġiel setgħanin,+ saħansitra kull raġel qalbieni u setgħan. 2 Imbagħad David, is-sultan, qam bil-wieqfa u qal:
“Isimgħuni, ħuti u poplu tiegħi. Jien stess xtaqt minn qalbi+ li nibni dar taʼ mistrieħ għall-arka tal-patt taʼ Ġeħova u bħala l-banketta+ għal saqajn Alla tagħna, u kont ħejjejt biex nibni.+ 3 U l-Alla l-veru qalli, ‘Mhux int li tibni dar għal ismi;+ għax int raġel tal-gwerer, u xerridt id-demm.’+ 4 Għaldaqstant, Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, għażilni mid-dar kollha taʼ missieri+ biex inkun sultan+ fuq Israel għal żmien indefinit; għax kien lil Ġuda li hu għażel bħala mexxej;+ u fid-dar taʼ Ġuda, id-dar taʼ missieri,+ u fost ulied missieri,+ jien kont il-wieħed li hu approva,+ biex jagħmilni sultan fuq Israel kollu; 5 u minn uliedi kollha (għax ħafna huma l-ulied li tani Ġeħova)+ hu għażel lil ibni Salamun+ biex joqgħod fuq it-tron+ tas-saltna taʼ Ġeħova fuq Israel.
6 “Iktar minn hekk, qalli, ‘Ibnek Salamun ikun dak li għad jibni d-dar tiegħi+ u l-btieħi tiegħi; għax jien għażiltu bħala ibni,+ u jien stess inkun missieru.+ 7 U jien nistabbilixxi fis-sod is-saltna tiegħu+ għal żmien indefinit jekk ikun deċiż b’mod sod li jobdi l-kmandamenti+ tiegħi u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi,+ bħalma hu llum.’ 8 U issa, quddiem għajnejn Israel kollu, il-kongregazzjoni taʼ Ġeħova,+ u biex jismagħna Alla tagħna,+ oqogħdu attenti u fittxu l-kmandamenti kollha taʼ Ġeħova Alla tagħkom, sabiex tirtu l-art tajba+ u tgħadduha bħala wirt lil uliedkom warajkom għal żmien indefinit.
9 “U int, ibni Salamun, kun af+ lill-Alla taʼ missierek u aqdih+ b’qalb sħiħa+ u bl-għaxqa taʼ ruħek;+ għax Ġeħova jgħarbel il-qlub kollha,+ u jagħraf kull inklinazzjoni tal-ħsibijiet.+ Jekk tfittxu, iħallik issibu;+ imma jekk titilqu,+ iwarrbek għal dejjem.+ 10 Ara, issa, għax Ġeħova stess għażlek biex tibni dar bħala santwarju. Kun kuraġġuż u aġixxi.”+
11 U David ta lil ibnu Salamun il-pjanta arkitettonika+ tal-loġġa+ u tad-djar tagħha u l-imħażen tagħha+ u kull għorfa tagħha+ u l-kmamar mudlama taʼ ġewwa tagħha u d-dar taʼ l-għatu propizjatorju;*+ 12 saħansitra l-pjanta arkitettonika taʼ kull ħaġa li kienet ġiet għandu b’ispirazzjoni+ għall-btieħi+ tad-dar taʼ Ġeħova u għall-kmamar taʼ l-ikel+ kollha dawramejt, għat-teżori tad-dar taʼ l-Alla l-veru u għat-teżori taʼ l-affarijiet li tqaddsu;+ 13 u għat-taqsimiet+ tal-qassisin u tal-Leviti u għax-xogħol kollu fis-servizz tad-dar taʼ Ġeħova u għall-għodod kollha tas-servizz tad-dar taʼ Ġeħova; 14 għad-deheb bl-użin, id-deheb għall-għodod kollha għas-servizzi differenti, għall-għodod kollha tal-fidda bl-użin, għall-għodod kollha+ għas-servizzi differenti; 15 u l-użin għall-gandlieri+ tad-deheb u l-imsiebaħ tagħhom tad-deheb, bl-użin tal-gandlieri differenti u l-imsiebaħ tagħhom, u għall-gandlieri tal-fidda bl-użin għall-gandlier u l-imsiebaħ tiegħu skond is-servizz tal-gandlieri differenti; 16 u d-deheb bl-użin għall-imwejjed tal-ħobż preżentat f’saffi,+ għall-imwejjed differenti, u l-fidda għall-imwejjed tal-fidda; 17 u l-frieket u l-iskutelli+ u l-buqari tad-deheb pur, u għall-iskutelli żgħar tad-deheb+ bl-użin għall-iskutelli żgħar differenti, u għall-iskutelli żgħar tal-fidda bl-użin għall-iskutelli żgħar differenti; 18 u għall-artal taʼ l-inċens,+ deheb irfinut bl-użin u għar-rappreżentazzjoni tal-karru,+ jiġifieri, il-kerubini+ tad-deheb biex jifirxu ġwinħajhom u jgħattu l-arka tal-patt taʼ Ġeħova. 19 “Il-ħaġa kollha tniżżlet bil-miktub għaliex id Ġeħova kienet fuqi,+ u tani d-dehen għad-dettalji kollha tal-pjanta arkitettonika.”+
20 U David issokta jgħid lil ibnu Salamun: “Kun kuraġġuż+ u b’saħħtek u aġixxi. Tibżax+ u titwerwirx,+ għax Alla Ġeħova, Alla tiegħi, qiegħed miegħek.+ Mhux se jabbandunak+ jew jitilqek sakemm jintemm ix-xogħol kollu tas-servizz tad-dar taʼ Ġeħova. 21 U hawn huma t-taqsimiet tal-qassisin+ u tal-Leviti+ għas-servizz kollu tad-dar taʼ l-Alla l-veru; u miegħek fix-xogħol kollu hemm kull bniedem tas-sengħa li minn rajh+ joffri ruħu għas-servizz kollu,+ u wkoll il-prinċpijiet+ u n-nies kollha se jwettqu kulma tgħidilhom.”