2 Kronaki
4 Imbagħad għamel l-artal tar-ram aħmar,+ it-tul tiegħu għoxrin kubitu, il-wisaʼ tiegħu għoxrin kubitu, u l-għoli tiegħu għaxar kubiti.+
2 U għamel il-baħar* minn metall imdewweb+ għaxar kubiti minn xifer sa xifer, u kien tond, u l-għoli tiegħu kien ħames kubiti, u kien jeħtieġ ħabel taʼ tletin kubitu biex idur miegħu dawramejt.+ 3 U kien hemm bħal ornamenti għamla taʼ qargħa*+ taħtu dawramejt, madwaru, għaxra f’kubitu wieħed, madwar il-baħar kollu.+ L-ornamenti għamla taʼ qargħa kienu f’żewġ ringieli, imdewbin miegħu fl-istess forma. 4 Kien wieqaf fuq tnax-il barri,+ tlieta jħarsu lejn it-tramuntana, tlieta jħarsu lejn il-punent, tlieta jħarsu lejn in-nofsinhar, u tlieta jħarsu lejn il-lvant; u l-baħar kien fuqhom, u l-warrani tagħhom kien ’il ġewwa.+ 5 U l-ħxuna tiegħu kienet wisaʼ taʼ id; u x-xifer tiegħu kien maħdum bħax-xifer taʼ kies, bħal warda tal-ġilju.+ Bħala reċipjent, setaʼ jesaʼ+ tlett elef bat ilma.+
6 Barra minn hekk, għamel għaxar vaski, u poġġa ħamsa fuq il-lemin u ħamsa fuq ix-xellug+ biex jaħslu fihom.+ Affarijiet li kellhom x’jaqsmu maʼ l-offerta tal-ħruq+ kienu jlaħalħu fihom. Imma l-baħar kien għall-qassisin biex jinħaslu fih.+
7 Imbagħad għamel għaxar gandlieri+ tad-deheb, kollha l-istess forma,+ u poġġiehom fit-tempju, ħamsa fuq il-lemin u ħamsa fuq ix-xellug.+
8 Barra minn hekk, għamel għaxar imwejjed, u qegħedhom fit-tempju, ħamsa fuq il-lemin u ħamsa fuq ix-xellug,+ u għamel mitt skutella tad-deheb.
9 Imbagħad għamel il-bitħa+ tal-qassisin+ u l-bitħa l-kbira+ u l-bibien tal-bitħa, u l-bibien tagħhom ksiehom bir-ram aħmar. 10 U l-baħar poġġieh fuq in-naħa tal-lemin, in-naħa tal-lvant, lejn in-nofsinhar.+
11 Fl-aħħar, Ħiram għamel ir-reċipjenti għall-irmied+ u l-pali+ u l-iskutelli.+
Għalhekk, Ħiram temm ix-xogħol li għamel lis-Sultan Salamun għad-dar taʼ l-Alla l-veru. 12 Iż-żewġ kolonni+ u l-kaptelli tondi+ fuq iż-żewġ kolonni, u ż-żewġ partijiet maħdumin xibka+ biex jiksu ż-żewġ kaptelli tondi taʼ fuq il-kolonni 13 u l-erbaʼ mitt rummiena+ għaż-żewġ partijiet maħdumin xibka, żewġ ringieli rummien fuq kull parti maħduma xibka, biex jiksu ż-żewġ kaptelli tondi li kienu fuq il-kolonni,+ 14 u l-għaxar karrijiet+ u l-għaxar vaski+ fuq il-karrijiet; 15 il-baħar wieħed+ u t-tnax-il barri taħtu,+ 16 u r-reċipjenti għall-irmied u l-pali+ u l-frieket+ u l-għodod+ kollha tagħhom li Ħiram-abiv+ għamel lis-Sultan Salamun għad-dar taʼ Ġeħova mir-ram aħmar illostrat. 17 Kien fid-Distrett tal-Ġordan li s-sultan għamilhom minn metall imdewweb fl-art taflija bejn Sukkot+ u Sereda.+ 18 B’hekk, Salamun għamel kwantità kbira ferm minn dawn l-għodod kollha, għax il-piż tar-ram aħmar baqaʼ mhux magħruf.+
19 U Salamun għamel l-għodod kollha+ li kien hemm fid-dar taʼ l-Alla l-veru u l-artal tad-deheb+ u l-imwejjed+ bil-ħobż tal-preżenza fuqhom, 20 u l-gandlieri+ u l-imsiebaħ tagħhom+ tad-deheb pur, biex jinxtegħlu quddiem il-kamra taʼ ġewwanett+ skond ir-regola; 21 u l-ward u l-imsiebaħ u l-imqassijiet li jżommu l-ftila,+ kollha tad-deheb, (dan kien l-iktar deheb pur,) 22 u l-imqassijiet li jitfu l-ftila u l-iskutelli u l-kwies u r-reċipjenti għall-ġamar, kollha tad-deheb pur,+ u d-daħla tad-dar,+ il-bibien taʼ ġewwa tagħha għall-Iktar Qaddis u l-bibien+ tad-dar tat-tempju, kollha tad-deheb.