35 U s-subien u l-bniet kollha tiegħu baqgħu jfarrġuh,+ imma hu ma riedx jaf b’faraġ u qal:+ “Għax se ninżel imnikket ħdejn ibni fil-Qabar!”* U missieru baqaʼ jibkih.
30 Imma jekk hi xi ħaġa ġdida li Ġeħova se joħloq,+ u l-art ikollha tiftaħ fommha u tiblaʼ lilhom+ u kulma hu tagħhom u jkollhom jinżlu ħajjin fil-Qabar,*+ imbagħad tkunu tafu fiċ-ċert li dawn l-irġiel urew nuqqas taʼ rispett lejn Ġeħova.”+
10 Kulma idek issib x’tagħmel, agħmlu bil-qawwa tiegħek kollha,+ għax la hemm xogħol, la ppjanar, la għarfien,+ u lanqas għerf+ fil-Qabar,*+ il-post fejn int sejjer.+
14 “Minn taħt idejn il-Qabar* se nifdihom;+ mill-mewt se nġibhom lura.+ Fejn hu t-tingiż tiegħek, O Mewt?+ Fejn hi s-setgħa qerrieda tiegħek, O Qabar?+ Il-mogħdrija se tkun moħbija minn għajnejja.+
13 U l-baħar radd il-mejtin li kienu fih, u l-mewt u l-Qabar* raddew il-mejtin+ li kienu fihom, u ġew ġudikati individwalment skond l-għemejjel tagħhom.+