15 “U agħmel il-pettoral tal-ġudizzju+ maħdum bis-sengħa taʼ wieħed li jirrakkma. Tagħmlu maħdum bis-sengħa bħall-efod. Tagħmlu tad-deheb, ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal lewn l-iskarlat, u għażel fin mibrum.+
39U mill-ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, u materjal lewn l-iskarlat*+ għamlu lbies+ minsuġ fin biex jaqdu bih fil-post qaddis.+ Għalhekk, għamlu l-ilbies qaddis+ li kien għal Aron, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.
7 Imbagħad libbes lil Aron il-libsa twila+ u ħażżmu bit-terħa+ u libbsu l-libsa bla kmiem+ u qegħedlu fuqu l-efod+ u ħażżmu bil-ħżiem+ taʼ l-efod u rabtu sew miegħu bih.