19 Għalhekk, il-qassisin li kienu jipprattikaw il-maġija qalu lill-Fargħun: “Dan hu s-sabaʼ+ t’Alla!”+ Imma l-Fargħun baqaʼ jwebbes qalbu,+ u ma tahomx widen, sewwasew bħalma kien qal Ġeħova.
22 U dakinhar l-art taʼ Gosen, li fiha hemm il-poplu tiegħi, nittrattaha b’mod differenti, u ebda dubbiena ma tkun teżisti hemmhekk;+ sabiex int tkun taf li jien Ġeħova f’nofs l-art.+
4 Għalhekk, se nħalli lill-Fargħun iwebbes qalbu,+ u hu jitlaq għal warajhom u jien nikseb il-glorja għalija permezz tal-Fargħun u l-qawwiet militari kollha tiegħu;+ u l-Eġizzjani żgur li se jkunu jafu li jien Ġeħova.”+ Għaldaqstant ulied Israel għamlu preċiż hekk.