21 U Ġeħova ssokta jgħid lil Mosè: “Wara li titlaq u tmur lura l-Eġittu qis li twettaq quddiem il-Fargħun il-mirakli kollha li fdajt f’idek.+ U jien inħallih iwebbes qalbu;+ u lin-nies ma jibgħathomx.+
27 Għax qalb dan il-poplu ma tqanqlitx, u semgħu b’widnejhom imma ma rreaġixxewx, u għalqu għajnejhom; hekk qatt m’huma se jaraw b’għajnejhom u jisimgħu b’widnejhom u jifhmu dan b’qalbhom u jduru lura, u jien infejjaqhom.”’+
5 Imma bl-ebusija+ u n-nuqqas taʼ ndiema taʼ qalbek+ qed taħżen għalik innifsek il-korla+ għal jum il-korla+ meta jiġi rivelat+ il-ġudizzju+ ġust t’Alla.