6Għalhekk, Ġeħova qal lil Mosè: “Issa tara x’se nagħmillu lill-Fargħun,+ għax minħabba id qawwija hu jibgħathom u minħabba id b’saħħitha jkeċċihom ’il barra minn pajjiżu.”+
11U Ġeħova qal lil Mosè: “Kastig ieħor se nġib fuq il-Fargħun u l-Eġittu. Imbagħad jibgħatkom minn hawnhekk.+ Meta jibgħatkom għalkollox, letteralment ikeċċikom ’il barra minn hawnhekk.+
31 Minnufih sejjaħ+ lil Mosè u lil Aron bil-lejl u qalilhom: “Qumu, oħorġu minn qalb il-poplu tiegħi, kemm intom u kemm l-ulied l-oħrajn taʼ Israel, u morru aqdu lil Ġeħova, sewwasew bħalma għedtu.+