6 U Ġeħova Alla tiegħek jagħmillek iċ-ċirkonċiżjoni f’qalbek+ u f’qalb nislek,+ sabiex tħobb lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha biex tgħix.+
4 Kunu ċirkonċiżi għal Ġeħova, u agħmlu ċ-ċirkonċiżjoni ’l qalbkom,+ nies taʼ Ġuda u abitanti taʼ Ġerusalemm; sabiex il-korla tiegħi ma toħroġx bħal nar, u taqbad bla ma ħadd jitfiha, minħabba l-ħażen taʼ l-għemejjel tagħkom.”+
26 mill-Eġittu,+ minn Ġuda,+ minn Edom,+ minn ulied Għammon,+ minn Mowab,+ u minn dawk kollha li jqaxxru xagħar ngħashom u li jgħixu fix-xagħri;+ għax l-ebda ġens m’hu ċirkonċiż, u ħadd minn dar Israel m’hu ċirkonċiż f’qalbu.”+
7 meta ddaħħlu lill-barranin mhux ċirkonċiżi f’qalbhom u mhux ċirkonċiżi f’ġisimhom,+ u jiġu fis-santwarju tiegħi u jipprofanawh, iva, id-dar tiegħi; meta tippreżentaw il-ħobż tiegħi,+ xaħam+ u demm,+ waqt li l-patt tiegħi jkompli jinkiser minħabba l-affarijiet mistkerrhin kollha tagħkom.+
51 “Irġiel stinati li m’intomx ċirkonċiżi fi qlubkom+ u f’widnejkom, intom dejjem tirreżistu l-ispirtu qaddis; bħalma għamlu missirijietkom, hekk tagħmlu intom.+
29 Imma l-Lhudi hu dak li hu Lhudi minn ġewwa,+ u ċ-ċirkonċiżjoni tiegħu hi dik fil-qalb+ bl-ispirtu, u mhux b’xi liġi miktuba.+ It-tifħir+ taʼ dan mhux ġej mill-bnedmin, imma minn Alla.+