6 U Ġeħova Alla tiegħek jagħmillek iċ-ċirkonċiżjoni f’qalbek+ u f’qalb nislek,+ sabiex tħobb lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha biex tgħix.+
26 mill-Eġittu,+ minn Ġuda,+ minn Edom,+ minn ulied Għammon,+ minn Mowab,+ u minn dawk kollha li jqaxxru xagħar ngħashom u li jgħixu fix-xagħri;+ għax l-ebda ġens m’hu ċirkonċiż, u ħadd minn dar Israel m’hu ċirkonċiż f’qalbu.”+
51 “Irġiel stinati li m’intomx ċirkonċiżi fi qlubkom+ u f’widnejkom, intom dejjem tirreżistu l-ispirtu qaddis; bħalma għamlu missirijietkom, hekk tagħmlu intom.+
29 Imma l-Lhudi hu dak li hu Lhudi minn ġewwa,+ u ċ-ċirkonċiżjoni tiegħu hi dik fil-qalb+ bl-ispirtu, u mhux b’xi liġi miktuba.+ It-tifħir+ taʼ dan mhux ġej mill-bnedmin, imma minn Alla.+
11 Peress li intom imseħbin+ miegħu, kontu ċirkonċiżi+ wkoll b’ċirkonċiżjoni li mhix imwettqa bl-idejn, billi nżajtu l-ġisem midneb,+ biċ-ċirkonċiżjoni tal-Kristu,