25 Ix-xbihat minquxin taʼ l-allat tagħhom għandkom taħarquhom fin-nar.+ Tixtieqx il-fidda u d-deheb taʼ fuqhom,+ lanqas tiħodhom għalik,+ li ma tinqabadx fin-nassa bihom;+ għax din hi ħaġa mistkerrha+ għal Ġeħova Alla tiegħek.
26 U ddaħħalx ħaġa mistkerrha f’darek u minħabba f’hekk int issir ħaġa li għandha tinqered bħalha. Għandek titqażżiżha għall-aħħar u assolutament tistmerrha,+ għaliex hi xi ħaġa li għandha tinqered.+
17 U l-belt trid issir ħaġa dedikata għall-qerda;*+ din b’kull ħaġa li hemm fiha hi taʼ Ġeħova. Raħab+ il-prostituta biss tistaʼ tibqaʼ ħajja, hi u dawk kollha li qegħdin magħha fid-dar, għax ħbiet lill-messaġġiera li bgħatna.+
7U wlied Israel wettqu att taʼ infedeltà fejn tidħol il-ħaġa dedikata għall-qerda* għax Għakan*+ bin Karmi, bin Żabdi, bin Żeraħ, tat-tribù taʼ Ġuda, ħa ftit mill-ħaġa dedikata għall-qerda.+ Minħabba f’hekk, ir-rabja taʼ Ġeħova saħnet kontra wlied Israel.+
3 Issa mur, u aħbat għal Għamalek+ u eqirdu għalkollox*+ b’kulma għandu, u m’għandekx turi ħniena miegħu, u oqtolhom,+ sew raġel u sew mara, sew tfal u sew trabi tal-ħalib,+ sew barri u sew nagħġa, sew ġemel u sew ħmar.’”+