15 Kull bniedem,* sew jekk imwieled fil-pajjiż u sew jekk resident barrani, li jiekol minn ġisem li jkun diġà mejjet jew xi ħaġa mqattgħa minn bhima salvaġġa,+ irid jaħsel ħwejġu u jinħasel fl-ilma u ma jkunx nadif sa fil-għaxija;+ u hu jkun nadif.
21 “Tieklu ebda ġisem li jkun diġà mejjet.+ Tistaʼ tagħtih lir-resident barrani li qiegħed ’il ġewwa minn bwiebek, u jieklu; jew tistaʼ tbigħu lil xi barrani, għax int poplu qaddis għal Ġeħova Alla tiegħek.
14 U jien għedt: “Jaħasra, O Mulej Sovran Ġeħova! Ara! Ruħi m’hijiex imniġġsa;+ lanqas ma kilt xi ġisem li kien diġà mejjet jew xi annimal maħtuf minn mindu kont żgħir s’issa,+ u f’ħalqi ma daħal l-ebda laħam imniġġes.”+