24 “Aron se jinġabar maʼ niesu,+ għax mhux se jidħol fl-art li se nagħti lil ulied Israel, minħabba li intom irribellajtu kontra l-ordni tiegħi rigward l-ilmijiet taʼ Meriba.+
28 Imbagħad Mosè neżżaʼ l-ħwejjeġ lil Aron u libbishom lil ibnu Elegħażar, u mbagħad Aron miet hemmhekk fuq il-quċċata tal-muntanja.+ U Mosè u Elegħażar niżlu minn fuq il-muntanja.
38 U Aron, il-qassis, telaʼ fuq il-Muntanja Ħor skond l-ordni taʼ Ġeħova u miet hemmhekk fis-sena erbgħin wara li wlied Israel ħarġu mill-art taʼ l-Eġittu, fil-ħames xahar, fl-ewwel tax-xahar.+
6 “U wlied Israel telqu minn Birot Bene-ġagħkan+ lejn Mosera. Hemmhekk miet Aron, u hemmhekk indifen;+ u ibnu Elegħażar beda jaqdi bħala qassis minfloku.+