4 U issa Ġeħova Alla tagħkom ta l-mistrieħ lil ħutkom, bħalma wegħedhom.+ Mela, issa, duru u morru lejn it-tined tagħkom fl-art li hi l-proprjetà tagħkom, li Mosè l-qaddej taʼ Ġeħova takom fuq in-naħa l-oħra tal-Ġordan.+
9 Imbagħad ulied Ruben u wlied Gad u nofs it-tribù taʼ Manasse reġgħu lura u telqu lill-ulied l-oħrajn taʼ Israel f’Silo, li qiegħda fl-art taʼ Kangħan, sabiex imorru lejn l-art taʼ Gilegħad,+ lejn arthom li kienu qagħdu fiha bl-ordni taʼ Ġeħova permezz taʼ Mosè.+