32 “‘Inkwantu għall-bliet tal-Leviti, id-dritt tax-xiri lura tad-djar fil-bliet li huma tagħhom+ għandu jibqaʼ validu għal żmien indefinit għal-Leviti.+
18“Il-qassisin, il-Leviti, jiġifieri, it-tribù kollu taʼ Levi,+ m’għandu jkollhom ebda sehem jew wirt maʼ Israel. Għandhom jieklu+ l-offerti taʼ Ġeħova magħmulin bin-nar, il-wirt tiegħu.
4 Għax ulied Ġużeppi kienu saru żewġ tribujiet,+ Manasse+ u Efrajm;+ u ma kinux taw sehem lil-Leviti fl-art, ħlief bliet+ fejn jgħammru u l-mergħat tagħhom għall-bhejjem tagħhom u l-proprjetà tagħhom.+
2 u kellmuhom f’Silo+ fl-art taʼ Kangħan, u qalulhom: “Ġeħova permezz taʼ Mosè kkmanda li jingħatawlna bliet biex ngħammru fihom, flimkien mal-mergħat tagħhom għall-annimali domestiċi tagħna.”+