19 U jiġri li tgħidu, ‘Għala għamlilna dan kollu Ġeħova Alla tagħna?’+ U trid tgħidilhom, ‘Bħalma intom tlaqtuni u mortu taqdu alla barrani f’pajjiżkom, hekk intom se taqdu stranġieri f’pajjiż li m’huwiex tagħkom.’”+
4 Minn jeddek int abbandunajt il-wirt li tajtek.+ U jien se nġiegħlek ukoll taqdi lill-għedewwa tiegħek f’pajjiż li ma kontx tafu;+ għax minħabba għadbi intom xgħeltu bħal nar+ li se jibqaʼ mkebbes għal żmien indefinit.”