LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Eżodu 20:4
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 4 “Tagħmilx għalik xi xbieha skolpita jew forma bħal xi ħaġa li hemm fis-​smewwiet ’il fuq, jew li hemm fuq l-​art taħt, jew li hemm fl-​ilmijiet taħt l-​art.+

  • Levitiku 26:1
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 26 “‘Tagħmlux allat bla siwi għalikom,+ u twaqqfux xi xbieha skolpita+ jew xi pilastru sagru għalikom, u tpoġġux xi ġebla bħala figura skolpita+ f’artkom sabiex tmilu quddiemha;+ għax jien Ġeħova Alla tagħkom.

  • Dewteronomju 17:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 u jmur iqim lil allat oħrajn u jmil quddiemhom jew quddiem ix-​xemx jew il-​qamar jew l-​armata kollha tas-​smewwiet,+ xi ħaġa li jien ma kkmandajtx,+

  • Dewteronomju 27:15
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 15 “‘Misħut ir-​raġel li jagħmel xbieha skolpita+ jew statwa minn metall imdewweb,+ xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova,+ magħmula minn idejn min jaħdem l-​injam u l-​metall,+ u jqegħedha f’moħba.’ (U l-​poplu kollu jwieġeb u jgħid, ‘Amen!’)+

  • Imħallfin 17:4
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 4 Għalhekk, hu ta lura l-​fidda lil ommu, u ommu ħadet mitejn biċċa tal-​fidda u tathom lill-​arġentier.+ U dan għamel xbieha skolpita+ u statwa minn metall imdewweb;+ u tqiegħdet f’dar Mikea.

  • Imħallfin 18:18
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 18 U daħlu fid-​dar taʼ Mikea u ħadu x-​xbieha skolpita, l-​efod u t-​terafim u x-​xbieha magħmula minn metall imdewweb.+ Għal dan, il-​qassis+ qalilhom: “X’qed tagħmlu?”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja