55 “‘Iżda, jekk ma tkeċċux minn quddiemkom l-abitanti taʼ l-art,+ dawk li tħallu minnhom isiru bħal tingiż f’għajnejkom u bħal xewk f’ġenbejkom, u tabilħaqq li jaħqrukom fl-art li se tgħammru fiha.+
2 U ftakar fit-triq kollha li Ġeħova Alla tiegħek mexxiek dawn l-erbgħin sena fix-xagħri,+ sabiex jumiljak,+ biex jgħaddik minn prova+ ħalli jkun jaf x’kellek f’qalbek,+ jekk kontx se tħares il-kmandamenti tiegħu jew le.
13 għandkom tkunu tafu fiċ-ċert li Ġeħova Alla tagħkom mhux se jkompli jieħu l-proprjetà taʼ dawn il-ġnus minħabba fikom;+ u huma jsiru għalikom bħal nasba u bħal nassa u bħal flaġell fuq ġenbejkom+ u bħal xewk f’għajnejkom sakemm tgħibu minn fuq din l-art tajba li takom Ġeħova Alla tagħkom.+
4 U baqgħu jintużaw biex ulied Israel jiġu mgħoddijin mill-prova+ ħalli jkun magħruf jekk hux se jobdu l-kmandamenti li Ġeħova kien ordna lil missirijiethom permezz taʼ Mosè.+