17 U jien indawwar wiċċi kontrikom, u żgur li l-għedewwa tagħkom jegħlbukom;+ u min jobgħodkom jgħaffiġkom taħt saqajh,+ u intom fil-fatt taħarbu meta ħadd ma jkun qed jiġri warajkom.+
25 Ġeħova se jġiegħlek tiġi megħlub quddiem l-għedewwa tiegħek.+ Minn triq waħda toħroġ kontrihom, imma minn sebaʼ triqat taħrab minn quddiemhom; u ssir tal-biżaʼ għas-saltniet kollha taʼ l-art.+
14 Għaldaqstant, ir-rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra Israel,+ u b’hekk tahom f’idejn dawk li jaħtfuhom, u huma ħatfuhom;+ u hu biegħhom lill-għedewwa tagħhom taʼ madwarhom,+ u ma kellhomx iktar il-ħila jieqfu quddiem l-għedewwa tagħhom.+
8 Għal dan, ir-rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra Israel,+ u hu biegħhom+ f’idejn Kusan-risgħatajm is-sultan tal-Mesopotamja;+ u wlied Israel baqgħu jaqdu lil Kusan-risgħatajm għal tmien snin.