14 Hemm xi ħaġa li hi impossibbli għal Ġeħova?+ Fiż-żmien stabbilit jien se niġi lura għandek, is-sena d-dieħla f’dan iż-żmien, u Sara jkollha iben.”
11 U ġara li waqt li kienu qed jaħarbu minn quddiem Israel u kienu fin-niżla taʼ Bet-ħoron, Ġeħova xeħet fuqhom biċċiet kbar tas-silġ+ mis-smewwiet s’Għażeka, u mietu. Kien hemm iktar li mietu bil-biċċiet tas-silġ milli nqatlu bis-sejf minn ulied Israel.
15 U Ġeħova tefaʼ f’konfużjoni+ lil Sisera u l-karrijiet kollha tal-gwerra tiegħu u lill-kamp tiegħu quddiem is-sejf taʼ Barak u qeridhom. Fl-aħħar, Sisera niżel minn fuq il-karru u ħarab bil-mixi.
10 U ġara li, waqt li Samwel kien qed joffri l-offerta tal-ħruq, il-Filistin resqu qrib biex jitqabdu maʼ Israel. U Ġeħova ġiegħel li jriegħed b’ħoss qawwi+ dakinhar kontra l-Filistin, sabiex jitfagħhom f’konfużjoni;+ u ġew megħlubin minn Israel.+