17 U jien indawwar wiċċi kontrikom, u żgur li l-għedewwa tagħkom jegħlbukom;+ u min jobgħodkom jgħaffiġkom taħt saqajh,+ u intom fil-fatt taħarbu meta ħadd ma jkun qed jiġri warajkom.+
48 U jkollok taqdi lill-għedewwa tiegħek,+ li Ġeħova jibgħat kontrik, bil-ġuħ,+ bl-għatx, bl-għera, u bl-għaks f’kollox; u jpoġġilek madmad tal-ħadid fuq għonqok sakemm iġibek fix-xejn.+
14 Għaldaqstant, ir-rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra Israel,+ u b’hekk tahom f’idejn dawk li jaħtfuhom, u huma ħatfuhom;+ u hu biegħhom lill-għedewwa tagħhom taʼ madwarhom,+ u ma kellhomx iktar il-ħila jieqfu quddiem l-għedewwa tagħhom.+