10 U Nabal wieġeb lill-qaddejja taʼ David u qalilhom: “Min hu David,+ u min hu bin Ġesse? Illum ħafna huma l-qaddejja li qed jaħarbu, kull wieħed minn quddiem sidu.+
20Issa hemmhekk kien hemm raġel li ma kien tajjeb għal xejn+ u li kien jismu Xeba,+ bin Bikri, Benjamini; u daqq il-qarn+ u qal: “M’għandniex x’naqsmu maʼ David, u m’għandna ebda wirt maʼ bin Ġesse.+ Kull wieħed għal allatu,+ O Israel!”
16 Meta Israel kollu ra li s-sultan ma kienx tah widen, in-nies wieġbu lis-sultan: “X’sehem għandna maʼ David?+ M’għandniex wirt maʼ bin Ġesse. Mur lejn allatek,+ O Israel. Issa aħseb għal darek int, O David!”+ U Israel mar lura lejn it-tined tiegħu.