9 U hi qalet: “Żgur niġi miegħek. Madankollu, mhux se jkollok unur fit-triq li sejjer fiha, għax Ġeħova se jerħi* lil Sisera f’idejn mara.”+ B’dan, Debora qamet u marret maʼ Barak lejn Kedes.+
21 Min kien li qatel lil Abimelek,+ bin Ġerubbeset?*+ Mhux mara kienet li xeħtet ġebla taʼ fuq taʼ mitħna fuqu+ minn fuq is-sur, u b’hekk hu miet f’Tebes?+ Għala kellkom tmorru daqshekk qrib is-sur?’ għidlu wkoll, ‘Il-qaddej tiegħek Urija l-Ħitti miet ukoll.’”+
22 Minnufih il-mara bl-għerf tagħha+ marret u kellmet lin-nies kollha, u dawn qatgħu ras Xeba, bin Bikri, u xeħtuha lil Ġowab. Minħabba f’hekk, hu daqq il-qarn,+ u b’hekk xterdu mill-belt, kull wieħed lejn daru; u Ġowab reġaʼ lura lejn Ġerusalemm għand is-sultan.