17 Imma hi baqgħet tibkilu tul is-sebat ijiem li damet l-ikla kbira tagħhom, u ġara fis-sebaʼ jum li fl-aħħar qalilha x’kienet, għax kienet għamlitlu pressjoni.+ Imbagħad hi qalet il-ħaġa moħġaġa lil ulied il-poplu tagħha.+
17 Fl-aħħar, fetaħ qalbu magħha+ għalkollox u qalilha: “Il-mus+ qatt m’għadda minn fuq rasi, għax jien ilni Nażirit t’Alla minn żaqq ommi.+ Kieku kelli nitqarweż, is-saħħa tiegħi titlaqni, u niddgħajjef u nsir bħall-bnedmin l-oħrajn kollha.”+
4 “Ħa joqgħod attent kull wieħed minnkom minn sieħbu stess,+ u lanqas lil ħukom m’għandkom tafdaw.+ Għax żgur li anki l-aħwa jkunu lesti jieħdu post xulxin bil-qerq,+ u kull ħabib jaġixxi bħal kalunnjatur,+