4 Għalhekk, hu ta lura l-fidda lil ommu, u ommu ħadet mitejn biċċa tal-fidda u tathom lill-arġentier.+ U dan għamel xbieha skolpita+ u statwa minn metall imdewweb;+ u tqiegħdet f’dar Mikea.
5 U r-raġel Mikea kellu dar taʼ l-allat,+ u għamel efod+ u terafim*+ u lil wieħed minn uliedu tah is-setgħa f’idu,+ biex jaqdi bħala qassis għalih.+
14 Imbagħad il-ħamest irġiel li kienu marru biex jitkixxfu+ l-art taʼ Lajs+ wieġbu u qalu lil ħuthom: “Kontu tafu li f’dawn id-djar hemm efod u terafim+ u xbieha skolpita+ u statwa magħmula minn metall imdewweb?+ U issa aħsbu x’għandkom tagħmlu.”+
18 U daħlu fid-dar taʼ Mikea u ħadu x-xbieha skolpita, l-efod u t-terafim u x-xbieha magħmula minn metall imdewweb.+ Għal dan, il-qassis+ qalilhom: “X’qed tagħmlu?”