22 U Salamun m’għamel lil ħadd ilsir minn ulied Israel;+ għax huma kienu l-gwerriera, il-qaddejja, il-prinċpijiet, l-ajjutanti, u l-kapijiet tas-sewwieqa tal-karrijiet tiegħu u tar-rikkieba taż-żwiemel tiegħu.+
26 U Salamun baqaʼ jiġmaʼ iktar karrijiet u żwiemel tal-ġiri; u kellu elf u erbaʼ mitt karru u tnax-il elf żiemel tal-ġiri,+ u kien iżommhom fil-bliet għall-karrijiet u f’Ġerusalemm, qrib is-sultan.+