20 Għal dan, it-tliet qtajjaʼ daqqew il-qarn+ u kissru l-ġarar kbar u qabdu mill-ġdid it-torċi b’idhom ix-xellugija u b’idhom il-leminija l-qarn biex idoqquh, u bdew jgħajtu: “Is-sejf taʼ Ġeħova+ u taʼ Gidegħon!”
47 U din il-kongregazzjoni kollha tkun taf li la bis-sejf u lanqas bil-lanza ma jsalva Ġeħova,+ għaliex il-battalja hi taʼ Ġeħova,+ u hu jagħtikom f’idejna.”+
50 Għalhekk, David, bi żbandola u ġebla, wera li kien iktar b’saħħtu mill-Filisti u darab lill-Filisti u qatlu; u David lanqas biss sejf ma kellu f’idu.+
6 Għaldaqstant, hu wieġeb u qalli: “Din hija l-kelma taʼ Ġeħova lil Żerubbabel, li tgħid, ‘“Mhux b’qawwa militari,+ lanqas b’xi setgħa,+ imma bl-ispirtu tiegħi,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati.