3 Imma missieru u ommu qalulu: “M’hemmx mara fost l-ulied bniet taʼ ħutek u fost il-poplu kollu tiegħi,+ biex se tieħu mara mill-Filistin li m’humiex ċirkonċiżi?”+ Xorta waħda Sansun qal lil missieru: “Lilha ħudli, għax f’għajnejja hi l-waħda adattata għalija.”
26 U David beda jgħid lill-irġiel li kienu weqfin ħdejh: “X’jagħmlulu r-raġel li joqtol lil dak il-Filisti+ u jneħħi l-għajb minn fuq Israel?+ Għax min hu dan il-Filisti mhux ċirkonċiż+ biex jisfida+ lit-truppi taʼ l-Alla l-ħaj?”+
36 Il-qaddej tiegħek darab sew l-iljun u sew l-ors; u dan il-Filisti+ mhux ċirkonċiż isir bħal wieħed minnhom, għax hu sfida+ t-truppi+ taʼ l-Alla l-ħaj.”+
14 Barra minn hekk, David bagħat messaġġiera għand Is-boset,+ bin Sawl, u qallu: “Agħtini lil marti Mikal, li jien tgħarrast magħha għal mitt prepuzju+ tal-Filistin.”