Imħallfin
7 Imbagħad Ġerubbagħal,+ jiġifieri, Gidegħon,+ u n-nies kollha li kienu miegħu, qamu kmieni u waqqfu l-kamp ħdejn il-bir taʼ Ħarod; u l-kamp taʼ Midjan kien lejn it-tramuntana tiegħu, ħdejn l-għolja taʼ More, fil-pjanura l-baxxa. 2 Ġeħova issa qal lil Gidegħon: “In-nies li hemm miegħek huma wisq għalija biex nagħti lil Midjan f’idejhom.+ Għandu mnejn Israel jiftaħar+ bih innifsu kontrija, billi jgħid, ‘Idi salvatni.’+ 3 U issa għajjat, jekk jogħġbok, biex jisimgħuk in-nies, u għid, ‘Min qed jibżaʼ u jitriegħed? Ħa jirtira.’”+ U b’hekk, Gidegħon ipprovahom. Għaldaqstant, tnejn u għoxrin elf min-nies irtiraw, u baqgħu għaxart elef.
4 Xorta waħda, Ġeħova qal lil Gidegħon: “Għad baqaʼ wisq nies.+ Niżżilhom ħdejn l-ilma biex inkun nistaʼ nipprovahom hemmhekk. U jrid iseħħ li dwar kulmin ngħidlek, ‘Dan jiġi miegħek,’ jiġi miegħek, imma kull wieħed li dwaru ngħidlek, ‘Dan ma jiġix miegħek,’ ma jiġix.” 5 Għalhekk, niżżel lin-nies ħdejn l-ilma.+
Imbagħad Ġeħova qal lil Gidegħon: “Kulmin jilgħaq ftit mill-ilma bi lsienu bħalma jagħmel kelb, qiegħdu fuq naħa, imma kulmin jinżel jixrob għarkopptejh qiegħdu naħa oħra.” + 6 U l-għadd taʼ dawk li lagħqu l-ilma b’idhom maʼ ħalqhom kien taʼ tliet mitt raġel. Il-bqija tan-nies kollha niżlu jixorbu l-ilma għarkopptejhom.
7 Ġeħova issa qal lil Gidegħon: “Permezz tat-tliet mitt raġel li lagħqu l-ilma minn idhom se neħliskom, u jien se nagħti lil Midjan f’idek.+ Inkwantu għan-nies l-oħrajn kollha, ħallihom imorru kull wieħed lejn daru.” 8 Għalhekk, ħadu l-provvisti tan-nies l-oħrajn, u l-qarn tagħhom,+ u lill-irġiel kollha taʼ Israel bagħathom kull wieħed lejn daru; u żamm lit-tliet mitt raġel. U l-kamp taʼ Midjan kien taħtu fil-pjanura l-baxxa.+
9 U ġara dak il-lejl+ li Ġeħova qallu: “Qum, inżel għall-kamp, għax jien tajtu f’idejk.+ 10 Imma jekk qed tibżaʼ tinżel, inżel lejn il-kamp maʼ Pura l-qaddej tiegħek.+ 11 U ismaʼ xi jkunu qed jgħidu,+ u wara dan idejk se jissaħħu,+ u żgur tinżel għall-kamp.” Għal dan, hu u Pura l-qaddej tiegħu niżlu sat-tarf taʼ dawk imqassmin għall-battalja li kienu fil-kamp.
12 Issa Midjan u Għamalek u n-nies kollha tal-lvant+ kienu mixħutin fil-pjanura l-baxxa kotrana daqs il-ġurati;+ u l-iġmla tagħhom+ kienu bla għadd, kotrana bħar-ramel li hemm f’xatt il-baħar. 13 Imbagħad Gidegħon wasal, u, ara, kien hemm raġel jirrakkonta ħolma lil sieħbu, u qallu: “Ħlomt ħolma.+ U, ara! Kien hemm ftira tax-xgħir li daħlet titgerbeb għal ġol-kamp taʼ Midjan. Imbagħad ġiet ħdejn tinda, laqtitha, waqqgħetha,+ u qalbitha taʼ taħt fuq, u t-tinda waqgħet ċatta.” 14 Għal dan, sieħbu wieġeb+ u qal: “Dan m’hu xejn ħlief is-sejf taʼ Gidegħon+ bin Ġowas, raġel minn Israel. L-Alla l-veru+ ta lil Midjan u lill-kamp kollu f’idejh.”+
15 U ġara li malli Gidegħon semaʼ l-ħolma tiġi rakkontata u spjegata,+ hu beda jagħti qima.+ Imbagħad reġaʼ lura lejn il-kamp taʼ Israel u qal: “Qumu,+ għax Ġeħova reħa f’idejkom il-kamp taʼ Midjan.” 16 Imbagħad hu qassam lit-tliet mitt raġel fi tliet qtajjaʼ u tahom ilkoll qarn+ f’idejhom u ġarar kbar vojta u torċi ġewwa l-ġarar kbar. 17 U qalilhom: “Tgħallmu minn dak li tarawni nagħmel, u agħmlu hekk intom ukoll. U meta nasal f’tarf il-kamp, irid iseħħ ukoll li bħalma nagħmel jien, hekk tagħmlu intom. 18 Meta nkun daqqejt il-qarn, jien u kulmin ikun miegħi, intom ukoll tridu ddoqqu l-qarn madwar il-kamp kollu,+ u tridu tgħidu, ‘Taʼ Ġeħova+ u taʼ Gidegħon!’”
19 Imbagħad Gidegħon wasal mal-mitt raġel li kienu miegħu f’tarf il-kamp malli bdiet l-għassa tan-nofs taʼ matul il-lejl.*+ Kienu għadhom kif inbidlu s-suldati taʼ l-għassa. U huma daqqew il-qarn,+ u farrku l-ġarar kbar taʼ l-ilma li kellhom f’idejhom.+ 20 Għal dan, it-tliet qtajjaʼ daqqew il-qarn+ u kissru l-ġarar kbar u qabdu mill-ġdid it-torċi b’idhom ix-xellugija u b’idhom il-leminija l-qarn biex idoqquh, u bdew jgħajtu: “Is-sejf taʼ Ġeħova+ u taʼ Gidegħon!” 21 Sadanittant, huma baqgħu weqfin kull wieħed f’postu madwar il-kamp kollu, u dawk kollha fil-kamp telqu jiġru u qabdu jgħajtu u ħarbu.+ 22 U t-tliet mija+ komplew idoqqu l-qarn,+ u Ġeħova dawwar is-sejf taʼ kull wieħed kontra l-ieħor fil-kamp kollu;+ u dawk fil-kamp baqgħu jaħarbu sa Bet-sitta, lejn Serera, sa tarf Abel-meħola+ ħdejn Tabbat.
23 Sadanittant, l-irġiel taʼ Israel kienu ssejħu flimkien minn Naftali+ u Aser+ u Manasse kollu,+ u marru jiġru+ wara Midjan. 24 U Gidegħon bagħat messaġġiera fir-reġjun muntanjuż kollu t’Efrajm,+ jgħidu: “Inżlu biex tiltaqgħu maʼ Midjan u tieħdu f’idejkom l-ilmijiet sa Bet-bara u l-Ġordan qabilhom.” Għalhekk, l-irġiel kollha t’Efrajm issejħu flimkien, u huma marru jieħdu f’idejhom l-ilmijiet+ sa Bet-bara u l-Ġordan. 25 Huma wkoll ħadu taħt idejhom liż-żewġ prinċpijiet taʼ Midjan, jiġifieri, Għoreb u Żeb;+ u huma qatlu lil Għoreb fuq il-blata t’Għoreb,+ u qatlu lil Żeb ħdejn il-magħsar taʼ l-inbid taʼ Żeb. U baqgħu jiġru wara Midjan,+ u ġabu ras Għoreb u dik taʼ Żeb għand Gidegħon fir-reġjun tal-Ġordan.+