1 Kronaki
21 U Satana* qam kontra Israel u xewwex+ lil David biex jgħodd lil Israel. 2 Għalhekk, David qal lil Ġowab+ u lill-kapijiet tal-poplu: “Morru għoddu+ lil Israel minn Bir-xeba+ sa Dan+ u ejjew għiduli biex inkun naf l-għadd tagħhom.”+ 3 Imma Ġowab qal: “Jalla Ġeħova jżid mal-poplu tiegħu mitt darba daqs li hu.+ M’humiex, O sidi s-sultan, ilkoll kemm huma qaddejja taʼ sidi? Sidi għala qed ifittex dan?+ Għala għandu jkun kaġun taʼ ħtija għal Israel?”
4 Madankollu, il-kelma tas-sultan+ għelbet lil Ġowab, u b’hekk Ġowab ħareġ+ u dar Israel kollu, u mbagħad wasal Ġerusalemm.+ 5 Ġowab issa ta l-għadd tar-reġistrazzjoni tal-poplu lil David; u Israel kollu ammonta għal miljun u mitt elf raġel li jisiltu s-sejf,+ u Ġuda erbaʼ mija u sebgħin elf raġel li jisiltu s-sejf. 6 U lil Levi+ u lil Benjamin ma rreġistrahomx magħhom,+ għaliex il-kelma tas-sultan kienet mistkerrha għal Ġowab.
7 Issa din il-ħaġa kienet ħażina f’għajnejn l-Alla l-veru,+ u għalhekk darab lil Israel. 8 Għaldaqstant, David qal lill-Alla l-veru: “Jien dnibt+ ħafna billi għamilt din il-ħaġa. U issa, jekk jogħġbok, aħfer+ l-iżball tal-qaddej tiegħek; għax jien tbellaht bil-kbir.”+ 9 U Ġeħova kellem lil Gad,+ il-viżjonarju+ taʼ David, u qallu: 10 “Mur u kellem lil David u għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova: “Hemm tliet affarijiet li qed inġib kontrik.+ Agħżel għalik waħda minnhom, sabiex nagħmilhielek.”’”+ 11 Għaldaqstant, Gad daħal għand David+ u qallu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Agħżel, 12 jew li jkun hemm ġuħ għal tliet snin;+ jew li jkun hemm il-qerda għal tliet xhur minn quddiem l-avversarji tiegħek+ u jilħqek is-sejf taʼ l-għedewwa tiegħek, jew li għal tlett ijiem ikun hemm is-sejf taʼ Ġeħova,+ iva, il-pesta,+ fl-art, u l-anġlu taʼ Ġeħova jagħmel ħerba+ fit-territorju kollu taʼ Israel.’ U issa ara x’għandi nwieġeb lil Dak li bagħatni.” 13 Għalhekk, David qal lil Gad: “Dan inikkitni ferm. Jekk jogħġbok, ħa naqaʼ f’id Ġeħova,+ għax ħafna u ħafna huma l-ħniniet tiegħu;+ imma tħallinix naqaʼ f’id il-bniedem.”+
14 Imbagħad Ġeħova bagħat pesta+ f’Israel, u b’hekk waqgħu minn Israel sebgħin elf persuna.+ 15 Barra minn hekk, l-Alla l-veru bagħat anġlu lejn Ġerusalemm biex jagħmilha ħerba;+ u malli beda jagħmilha ħerba, Ġeħova raha u beda jiddispjaċih minħabba l-gwaj;+ u għalhekk qal lill-anġlu li kien qed jagħmel il-ħerba: “Biżżejjed!+ Issa niżżel idek.” U l-anġlu taʼ Ġeħova kien wieqaf qrib il-qiegħa tad-dris t’Ornan*+ il-Ġebusi.+
16 Meta David refaʼ għajnejh, ra l-anġlu+ taʼ Ġeħova wieqaf bejn l-art u s-smewwiet b’sejfu mislut+ f’idu ppontat lejn Ġerusalemm; u David u x-xjuħ, lebsin l-ilbies taʼ l-ixkora,+ minnufih inxteħtu wiċċhom fl-art.+ 17 U David qal lill-Alla l-veru: “Mhux jien kont li għedt biex isir l-għadd tal-poplu, u mhux jien kont li dnibt u bla dubju għamilt il-ħażin?+ Imma dawn in-nagħaġ,+ x’għamlu? O Ġeħova Alla tiegħi, jekk jogħġbok, ħa tiġi idek fuqi u fuq dar missieri; imma tibgħatx flaġell fuq il-poplu tiegħek.”+
18 U l-anġlu taʼ Ġeħova, min-naħa tiegħu, qal lil Gad+ biex jgħid lil David li David għandu jitlaʼ biex iwaqqaf artal lil Ġeħova fuq il-qiegħa tad-dris t’Ornan il-Ġebusi.+ 19 Għaldaqstant, David telaʼ skond il-kelma li Gad kien qal f’isem Ġeħova.+ 20 Sadanittant, Ornan+ dar lura u ra l-anġlu; u l-erbaʼ wliedu li kienu miegħu nħbew. Issa Ornan kien qed jidres il-qamħ. 21 Għalhekk, David wasal sa ħdejn Ornan. Meta Ornan ħares u ra lil David,+ minnufih ħareġ mill-qiegħa tad-dris u miel wiċċu lejn l-art quddiem David. 22 Imbagħad David qal lil Ornan: “Agħtini l-post tal-qiegħa tad-dris, biex nibni fih artal lil Ġeħova. B’kemm jiswa flus+ agħtihuli,+ sabiex il-flaġell+ jieqaf minn fuq il-poplu.” 23 Imma Ornan qal lil David: “Ħudu daqslikieku tiegħek,+ u ħa jagħmel sidi s-sultan dak li hu tajjeb f’għajnejh stess. Ara, nagħtik il-baqar+ għall-offerti tal-ħruq u s-slitta tad-dris+ għall-injam+ u l-qamħ bħala offerta tal-qmuħ. Kollox nagħtik.”+
24 Madankollu, is-Sultan David qal lil Ornan: “Le, imma żgur li nixtrih b’kemm jiswa flus,+ għaliex m’iniex se nieħu dak li hu tiegħek u noffrih lil Ġeħova bħala sagrifiċċji tal-ħruq mingħajr ħlas.” 25 Għalhekk, għall-post, David lil Ornan wiżinlu sitt mitt xekel deheb.+ 26 Imbagħad David bena hemmhekk artal+ lil Ġeħova u offra sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji taʼ sħubija, u sejjaħ lil Ġeħova,+ li issa wieġbu bin-nar+ mis-smewwiet fuq l-artal taʼ l-offerta tal-ħruq. 27 Iktar minn hekk, Ġeħova qal il-kelma lill-anġlu,+ li mbagħad daħħal lura sejfu fl-għant tiegħu. 28 Dak iż-żmien, meta ra li Ġeħova kien wieġbu fil-qiegħa tad-dris t’Ornan il-Ġebusi, David baqaʼ joffri s-sagrifiċċji hemmhekk.+ 29 Imma t-tabernaklu taʼ Ġeħova li Mosè kien għamel fix-xagħri u l-artal taʼ l-offerta tal-ħruq kienu dak iż-żmien fil-post għall-qima* f’Gibegħon.+ 30 U David ma kellux il-ħila jmur quddiemu biex jikkonsulta m’Alla, għax kien twerwer+ minħabba s-sejf taʼ l-anġlu taʼ Ġeħova.