LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Rut 3:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 Sadanittant, Bogħaż kiel u xorob, u ħassu kuntent f’qalbu,+ u mar jimtedd f’tarf il-​munzell tal-​qmuħ. Imbagħad hi resqet inkiss inkiss, kixfitlu saqajh, u mteddet.

  • 1 Samwel 25:36
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 36 Iktar tard Abigajl daħlet għand Nabal, u dan kellu festa f’daru bħal festa taʼ sultan;+ u Nabal kien qed iħossu kuntent f’qalbu, u kien fis-​sakra+ għall-​aħħar; u lanqas ħaġa waħda ma qaltlu, la żgħira u lanqas kbira, sad-​dawl taʼ fil-​għodu.

  • Ester 1:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 Fis-sebaʼ jum, meta qalb is-​sultan kienet ferħana bl-​inbid,+ hu qal lil Meħuman, Biżta, Ħarbona,+ Bigta u Abagta, Żetar u Karkas, is-​sebaʼ uffiċjali tal-​palazz li kienu jaqdu+ lis-​Sultan Aħasweru nnifsu,

  • Salm 104:15
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 15 U l-​inbid li jferraħ qalb il-​bniedem mortali,+

      Biex jagħmel il-​wiċċ ileqq permezz taż-​żejt,+

      U l-​ħobż li jsostni qalb il-​bniedem mortali.+

  • Ekkleżjasti 2:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 Fittixt b’qalbi kollha x’inhi l-​bluha billi ferraħt lil ġismi bl-​inbid,+ waqt li ggwidajt lil qalbi bl-​għerf,+ sakemm stajt nara x’kien hemm tajjeb għal ulied il-​bnedmin f’dak li għamlu taħt is-​smewwiet il-​jiem kollha taʼ ħajjithom.+

  • Ekkleżjasti 10:19
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 19 Il-ħobż qiegħed għad-​daħq tal-​ħaddiema, u l-​inbid iferraħ il-​ħajja;+ imma l-​flus għandhom risposta għal kollox.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja