28 Imbagħad Absalom ordna lill-qaddejja tiegħu u qalilhom: “Jekk jogħġobkom, oqogħdu attenti li malli qalb Amnon tkun f’burdata ferriħija bl-inbid,+ u jien ngħidilkom, ‘Aħbtu għal Amnon!’ aqbdu u oqtluh. Tibżgħux.+ Mhux jien stess ordnajtilkom? Agħmlu l-ħila u uru li intom irġiel qalbenin.”
10 Fis-sebaʼ jum, meta qalb is-sultan kienet ferħana bl-inbid,+ hu qal lil Meħuman, Biżta, Ħarbona,+ Bigta u Abagta, Żetar u Karkas, is-sebaʼ uffiċjali tal-palazz li kienu jaqdu+ lis-Sultan Aħasweru nnifsu,
3 Fittixt b’qalbi kollha x’inhi l-bluha billi ferraħt lil ġismi bl-inbid,+ waqt li ggwidajt lil qalbi bl-għerf,+ sakemm stajt nara x’kien hemm tajjeb għal ulied il-bnedmin f’dak li għamlu taħt is-smewwiet il-jiem kollha taʼ ħajjithom.+