LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • 2 Slaten 21:24
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 24 Imma n-​nies tal-​pajjiż qatlu lil dawk kollha li kkonfoffaw+ kontra s-​Sultan Amon. Imbagħad in-​nies tal-​pajjiż għamlu lil ibnu Ġosija+ sultan minfloku.

  • 2 Slaten 22:1
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 22 Tmien snin kellu Ġosija+ meta beda jsaltan, u dam isaltan wieħed u tletin sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Ġedida bint Għadaja minn Boskat.+

  • 2 Slaten 23:15
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 15 Barra minn hekk, l-​artal li kien f’Betel,+ il-​post għall-​qima li kien għamel Ġerobogħam+ bin Nebat, li ġiegħel lil Israel jidneb,+ iva, l-​artal u l-​post għall-​qima ġarrafhom. Imbagħad ħaraq il-​post għall-​qima; ġabu trab u ħaraq l-​arblu sagru.

  • 2 Slaten 23:29
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 29 Fi żmienu l-​Fargħun Neko,+ is-​sultan taʼ l-​Eġittu, kien tielaʼ jiltaqaʼ mas-​sultan taʼ l-​Assirja ħdejn ix-​xmara Ewfrat+ u s-​Sultan Ġosija mar għal kontrih;+ imma qatlu+ f’Megiddo+ malli rah.

  • 2 Kronaki 34:33
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 33 Imbagħad Ġosija neħħa l-​affarijiet mistkerrhin+ kollha mill-​artijiet kollha taʼ wlied Israel,+ u ġiegħel lil dawk kollha li kienu jinsabu f’Israel biex jibdew jagħtu servizz, biex jaqdu lil Ġeħova Alla tagħhom. Tul jiemu kollha huma ma żvijawx milli jsegwu lil Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijiethom.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja