54 Għalhekk, hu sejjaħ malajr lill-qaddej li kien iġorrlu l-armi u qallu: “Islet sejfek u oqtolni,+ għax nibżaʼ li jgħidu dwari, ‘Kienet mara li qatlitu.’” Minnufih il-qaddej tiegħu nifdu, u miet.+
4 Imbagħad Sawl qal lil dak li kien iġorrlu l-armi: “Islet sejfek+ u infidni bih, biex ma jiġux dawn l-irġiel mhux ċirkonċiżi+ u jinfduni u jittrattawni bil-kefrija.” U dak li kien iġorrlu l-armi ma riedx,+ għaliex beżaʼ ħafna. Għalhekk, Sawl qabad is-sejf u nxteħet fuqu.+
23 U Aħitofel ra li l-parir tiegħu m’aġixxewx fuqu,+ u xedd sarġ lil ħmar u qam u telaq lejn daru f’beltu.+ Imbagħad ta l-ordnijiet lin-nies taʼ daru+ u tgħallaq,+ u b’hekk miet.+ Għalhekk, indifen+ fil-post fejn indifnu missirijietu.